|
|
Is-Sibt 8 ta Ottubru, fil-11 a.m., il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ta
konferenza stampa fil-Librerija Pubblika Ċentrali tal-Floriana. Matul din
il-konferenza l-ġurnalisti ltaqgħu mal-membri u ċ-chairman tal-Kunsill
Nazzjonali tal-ktieb, Dr Ġorġ Mallia (fir-ritratt).
Waqt
il-konferenza tnieda l-pjan ta' ħidma ambizzjuż tal-Kunsill għas-sentejn li
ġejjin. Fl-intervent tiegħu, Dr Ġorġ Mallia rringrazzja liż-żewġ presidenti
ta' qablu li hu qal kienu importanti biex ikkonsolidaw il-Kunsill
Nazzjonali. Dawn kienu Dr. Philip Farrugia Randon u s-Sur Philip Borg.
Iċ-chairman spjega li l-Kunsill diġà beda jaħdem fuq numru ta' proġetti.
Fost l-affarijiet ġodda hemm il-ħatra ta' uffiċjal għall-komunikazzjoni u
l-introduzzjoni ta' newsletter elettronika. Dr. Mallia qal li sar ftit
tiżbir fil-Premju Letterarju għal din is-sena. Il-Premju Letteraju huwa
wieħed miż-żewġ avvenimenti kbar li jagħmel il-Kunsill kull sena. Din
is-sena ċ-ċerimonja ser issir fit-2 ta Diċembru.
Il-Premju jippremja lill-awturi u l-kisbiet tagħhom f'diversi kategoriji.
Ta' min jiġbed l-attenzjoni li dan huwa l-uniku premju Nazzjonali li
għandhom il-kittieba Maltin. L-awturi għandhom sa l-14 ta Ottubru biex
jissottemettu l-kotba tagħhom. Somma ta' flus hi vvutata mill-Ministeru ta
l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi għal dan.
Iċ-chairman ta dettalji dwar il-viżjoni li l-Kunsill iħaddan għall-ktieb.
Semma li ser isir użu massimu mit-teknoloġija anki fl-operat tal-Kunsill
innifsu. Il-Kunsill qed jaħseb biex jkun hemm spazju virtwali għalih u li
jkun għajn ewlenija u punt ta' riferenza għall-kittieba tagħna. Dr Mallia
fisser l-importanza li l-Kunsill irewwaħ l-imħabba lejn il-ktieb, l-ewwel
dak Malti. Imma mhux biss. Ġie spjegat li l-Kunsill ser jidħol għall-impenn
li joħloq Quality Charter għall-ktieb Malti. Issemmew ukoll proġetti oħrajn
li għadhom kif bdew, bħal publikazzjonijiet li jiġbru fihom taqsimiet minn
kotba tat-tfal ippubblikati, it-twaqqif ta' kumitat li jorganizzaw
attivitajiet dwar il-ktieb fl-iskejjel, il-bini tal-websajt tal-Kunsill,
ir-riforma tal-premju letterarju għas-sena d-dieħla, bl-involviment ta' sħab
mill-privat u bidla fil-kategoriji, u preżenza aktar frekwenti u attiva
fil-media Maltija.
Fil-Konferenza tkellem ukoll is-Sur Philip Borg,
Direttur tal-Libreriji u Arkivji, li hu wkoll responsabbli mill-kumitat fi
ħdan il-Kunsill li qed jorganizza l-edizzjoni ta' din is-sena tal-Fiera
Internazzjonali tal-Ktieb. Is-Sur Borg ta dettalji dwar il-ħidma tal-kumitat
b'risq il-Fiera Internazzjonali tal-Ktieb. Il-Fiera din is-sena ser issir
bejn l-1 u s-6 ta Diċembru. Matulha ser ikun hemm għadd ta' attivitajiet u
wirjiet li ser ipoġġu l-ktieb fiċ-ċentru. Il-Fiera ser tkun festa ta' kotba.
Waqt il-Konferenza tnieda l-logo li ħa jintuża waqt il-fiera.
Is-Sur Borg qal li din is-sena hi okkażjoni importanti wkoll
għall-Biblijoteka għax qed tfakkar l-450 sena mit-twaqqif tagħha, waħda
mill-eqdem libreriji fl-Ewropa. Il-biblijoteka għandha dokumenti rari
b'appell universali fosthom l-eqdem volum ta' Nostradamus li jmur lura
għall-1566.
Kollox huwa lest għal sentejn ta' ħidma sfieqa favur il-Ktieb
mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.
Sergio Grech
Uffiċjal għall-Komunikazzjoni |
|
|
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jgħarraf li,
permezz ta’ premjijiet u sussidji, se jingħata għarfien lill-awturi ta’
l-aħjar xogħlijiet letterarji u ta’ xejra oħra bil-Malti (ħlief kategorija
(viii)) li ġew ippubblikati għall-ewwel darba fi ktieb matul is-sena 2004.
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iżomm id-dritt li ma jagħtix il-premju jew
is-sussidju jekk il-membri tal-Kunsill jidhrilhom li xi xogħol ma jilħaqx
il-livell mixtieq.
Kull deċiżjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb hija finali.
Se jingħata premju ta’ Lm500, trofew u ċertifikat lill-ewwel klassifikat u
Lm200 u ċertifikat lit-tieni klassifikat għal kull waħda minn dawn it-tmien
kategoriji:
(i) Proża Letterarja (rumanzi u stejjer qosra)
(ii) Proża mhux fittizja
(iii) Poeżija
(iv) Drama
(v) Letteratura għat-tfal
(vi) Xogħlijiet ta’ natura akkademika/xjentifika/teknika
(vii) Traduzzjonijiet
(viii) Ktieb fuq materji minn (i) sa (vii) miktub minn awtur Malti b’lingwa
oħra.
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirriserva d-dritt li jibdel il-kategorija
jekk ix-xogħol jiddaħħal f’waħda żbaljata u f’dan il-każ il-parteċipant jiġi
infurmat.
Se jingħata wkoll ċertifikat lill-pubblikatur ta’ kull ktieb ikklassifikat
fl-ewwel u t-tieni post f’kull kategorija.
Trofew u ċertifikat ta’ mertu jingħataw ukoll (a) lid-dar ta’ pubblikazzjoni
għall-isbaħ preżentazzjoni ta’ ktieb bil-Malti u pubblikazzjoni oħra
f’lingwa barranija għas-sena 2004; (b) lill-illustratur ta’ ktieb fost dawk
sottomessi f’kategorija (v).
Sussidju se jingħata għall-ewwel ħames kotba kklassifikati f’kull kategorija
permezz ta’ xiri ta’ kopji minn dawn il-kotba mill-Kunsill Nazzjonali
tal-Ktieb.
Kull awtur li jieħu sehem jirċievi ċertifikat, jew ta’ rebħ, jew ta’ mertu
jew ta’ parteċipazzjoni. Il-kelma ‘awtur’ tkopri l-editur f’każ ta’ xogħol
kollettiv.
Kull parteċipant irid jissottometti applikazzjoni għal kull ktieb fuq
il-formola preskritta li tinġabar mingħand is-Segretarju tal-Kunsill
Nazzjonali tal-Ktieb c/o Librerija Pubblika Ċentrali, il-Furjana, tel. 21
222654, e-mail : joe.debattista@ gov.mt u tintbagħtlu bil-posta
Jista’ jressaq ix-xogħol tiegħu l-awtur jew il-pubblikatur bil-kunsens ta’
l-awtur jew ta’ min għandu d-dritt ta’ l-awtur.
Il-parteċipanti għandhom jibagħtu erba’ kopji tal-ktieb lil:
Is-Segretarju
Premju Letterarju u Sussidji 2004
Att. Is-Sur Joseph Debattista
Librerija Pubblika Ċentrali
Il-Furjana
L-erba’ kopji (li ma jintraddux lura) għandhom jaslu sa għand is-Segretarju,
Librerija Pubblika Ċentrali mhux aktar tard minn nofsinhar tal-Ġimgħa, 14
ta’ Ottubru 2005.
|
|
|
The National Book Council notifies that to give due recognition to
Maltese authors, awards and subsidies are to be accorded to those authors of
outstanding literary works and other genres in Maltese (except in category
viii) first published in book form during the year 2004.
The National Book Council reserves the right to withhold any prize or
subsidy if it is of the opinion that the work/s fail to reach the required
standard.
Every decision taken by the National Book Council is final and binding.
A prize of Lm500, a trophy and a certificate will be awarded to the first
classified and a prize of Lm200 and a certificate to the second classified
in each of the following eight categories:
(i) Fiction (novels and short stories)
(ii) Prose non-fiction
(iii) Poetry
(iv) Drama
(v) Juvenile literature
(vi) Work of academic/scientific/technical nature
(vii) Translations
(viii) A book on a subject from categiories (i) to
(vii) written by a Maltese author in another language.
The National Book Council reserves the right to change the category if the
work is entered under the wrong category and if so the participant will be
informed accordingly.
A certificate will also be awarded to the publisher of a book classified in
the first and second place in each category
A trophy and a certificate of merit will also be awarded to: (a) the
publishing house responsible for the best book format of a publication in
Maltese, and for a publication in any other language for the year 2004; (b)
to the illustrator of a book amongst those submitted under category (v).
A subsidy will be given for the first five books classified in each category
through the purchasing of a number of these books by the National Book
Council.
Every participating author shall receive a winning, or merit or
participation certificate. The word ‘author’ shall refer to the editor in
case of a collective work.
Every participant shall submit an application for every book entered for the
competition on a prescribed form that could be collected from the Secretary,
National Book Council c/o Central Public Library, Floriana, tel. 21 222654,
e-mail: joe.debattista@gov.mt and receive the form through the post.
Entries for the competition may be submitted by the author himself or the
publisher with the author’s consent or that person who has the author’s
publishing rights.
Participants are to deliver four copies of the book to:
The Secretary
Year 2004 Literary Prize and Subsidies
Attn. Mr Joseph Debattista
The Central Public Library
Floriana
The four copies submitted (which are not returnable) should reach the
Secretary at the Central Public Library by not later than noon of Friday, 14
October 2005.
|
|
|
-
ifassal pjan strateġiku biex tittejjeb il-qagħda tal-Ktieb Malti,
-
jinkoraġġixxi awturi ġodda jippreżentaw ix-xogħol tagħhom lill-pubbliku;
-
jaħdem għall-protezzjoni tad-drittijiet ekonomiċi u morali ta' l-awturi
Maltin;
-
jorganizza attivitajiet meħtieġa f'diversi lokalitajiet tul is-sena biex
titqanqal
kuxjenza ħajja dwar il-valur tal-kotba u tal-qari;
-
jaħdem id f'id mal-Kunsilli Lokali sabiex jiġi ppopolarizzat il-qari
f'kull forma, sew dik tradizzjonali u sew dik fil-qasam elettroniku;
-
jikkoordina attivitajiet mad-Dipartimenti u aġenziji pubbliċi u privati
fl-oqsma
ta' l-arti, kultura, edukazzjoni, kotba u media sabiex jiġu mgħejjuna
u inkoraġġiti awturi, drammaturgi u kompożituri Maltin ġodda ħalli l-ktieb
Malti jżid fil-popolarità f'kull forma u fi kwalunkwe qasam tal-ħajja
Maltija,
-
permezz tat-teknoloġija ta' l-informatika kif ukoll b'mezzi tradizzjonali jħaddem servizz ta' informazzjoni dwar il-Ktieb Malti biex il-qarrej Malti jkun aktar infurmat dwar l-awturi tiegħu u b'hekk jinbena pont sod bejn
il-pubbliku
Malti u l-awturi;
-
jorganizza u jamministra l-Premju Letterarju;
-
jorganizza u jamministra l-Fiera tal-Ktieb;
-
jesplora l-mezzi lokali u dawk barranin biex il-Ktieb Malti jilħaq
pubbliku
internazzjonali permezz ta' skemi ta' traduzzjoni, u bl-istess mod iwassal
xogħlijiet barranin għall-attenzjoni ta' pubbliku usa' f'Malta.
Adrian Grima tkellem ma' Sergio Grech,
membru tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, fis-7 ta' Lulju, 2005. Dan
il-Kunsill jorganizza l-Fiera tal-Ktieb f'Novembru ta' kull sena u jieħu
ħsieb il-Premju Letterarju li jingħata kull sena wkoll.
|
|
|
Il-Ministru
ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, l-Onorevoli Dr Louis Galea, ħatar
il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għas-sentejn li ġejjin.
Il-membri
tal-Kunsill huma:
Dr Ġorġ
Mallia - Chairman
Joe
Debattista - Segretarju
Philip Borg
Priscilla
Camilleri
Charles Casha
Sergio Grech
Pawlu Mizzi
Natasha
Turner
Vincent Vella
Il-Kunsill
għandu għanijiet vasti ħafna, fuq kollox li jgħin jiftaħ id-dinja tal-ktieb
għal kulħadd, b’attivitajiet kemm attwali, kif ukoll virtwali. L-ewwel żewġ
attivitajiet tal-Kunsill ser ikunu l-organizzazzjoni tal-Fiera tal-Ktieb u
l-Premju Letterarju li t-tnejn li huma ser isiru fil-bidu ta’ Diċembru ta’
din is-sena.
Il-Kunsill diġà qiegħed jaħdem
biex jifrex il-ħidma tiegħu biex din ma tkunx limitata biss għal dawn
iż-żewġ attivitajiet. Fil-jiem li ġejjin għandha tingħata konferenza ta’
l-aħbarijiet mill-Kunsill fejn ser jiġi spjegat lill-mezzi
tal-kommunikazzjoni
l-pjan li fuqu ser jaħdem il-Kunsill għaż-żmien li ġej. Dettalji jingħataw
iktar ’il quddiem.
Sergio Grech
Is-Sibt, 24 ta'
Settembru 2005
Fir-ritratt:
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb: Mix-xellug: Is-Sinjuri Pawlu Mizzi, Philip
Borg u Joe Debattista, Dr. Gorg Mallia, is-Sinjuri Charles Casha, Natasha
Turner, Sergio Grech u Priscilla Camilleri. Mhux fir-ritratt, is-Sur Vincent
Vella.
|
|
|
MOEDPR 085/01
Press Handout
13/08/01
Bħala pass konkret biex diversi
inizjattivi favur il-Ktieb Malti jitwettqu b'mod aktar effettiv, inħasset
il-ħtieġa li jinġabru taħt struttura waħda. Għaldaqstant il-Ministru ta'
l-Edukazzjoni Louis Galea ħabbar it-twaqqif tal-Kunsill Nazzjonali
tal-Ktieb, taħt il-presidenza ta' Dr. Philip Farrugia
Randon. Il-Kunsill il-ġdid issa se jwettaq ix-xogħol li s'issa kien isir
minn żewġ kumitati, il-Kumitat dwar il-Fiera tal-Ktieb u l-Kumitat dwar
il-Premju Letterarju.
Waqt il-konferenza li ndirizza
l-Ministru Louis Galea tħabbru t-termini ta' referenza li fuqhom se jkun qed
jiffunzjona l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Fost ir-responsabbiltajiet hemm
inkluż li jrid jitfassal pjan strateġiku biex tissaħħaħ il-qagħda tal-ktieb
lokali sew jekk miktub bil-Malti, bl-Ingliż jew b'xi lingwa oħra, u li jieħu
dawk l-inizjattivi neċessarji biex il-ktieb lokali jinkwadra ruħu kif jixraq
fil-qafas elettroniku ta' żmienna.
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se jkun qed jorganizza u jamministra
l-Premju Letterarju annwali, li għalieħ il-Gvern jivvota Lm 10,000 fis-sena.
Il-Kunsill se jkun inkarigat jorganizza, b'mod innovattiv u aġġornat,
il-Fiera tal-Ktieb, li wkoll issir kull sena. Skond it-termini li ngħata,
il-Kunsill se jfittex il-mezzi lokali u barranin biex il-Ktieb Malti jilħaq
pubbliku internazzjonali permezz ta' skemi ta' traduzzjoni. Il-Kunsill hu
marbut li jaħdem għall-protezzjoni ta' l-interessi ta' l-awtur
lokali u li jinkoraġġixxi awturi ġodda li jwasslu x-xogħlijiet tagħhom
għall-attenzjoni tal-pubbliku.
B'kollaborazjoni mal-Kunsilli Lokali, l-iskejjel u entitajiet oħra, fosthom
l-għaqdiet letterarji, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se jkun qed jaħdem
biex jorganizza l-attivitajiet biex il-qasam tal-ktieb jingħata dimensjoni
usa' u aktar interattiva.
Taht il-presidenza ta' Dr. Philip Farrugia Randon, l-ewwel Kunsill
Nazzjonali tal-Ktieb hu ffurmat mis-Sur Joseph Debattista bħala segretarju,
is-Sur George Borg, is-Sur Philip Borg, is-Sinjura Miriam Cremona, is-Sur
Victor Fenech, is-Sur Charles Flores, is-Sinjorina Patricia Gatt, Dr.
Anthony Mangion, is-Sinjura Marlene Mifsud Chircop, is-Sur Paul Mizzi,,
is-Sur Louis Scerri, Dr. Mario Tabone, is-Sinjura Catherine Vella u s-Sur
Trevor Zahra.
Il-Ministru Louis Galea qal li l-proġetti favur il-ktieb u l-qari għandhom
jingħataw ħafna aktar importanza f'pajjiżna. Bis-saħħa ta' diversi
organizzazzjonijiet, Malta żviluppat diversi djar editriċi li żiedu n-numru
u l-kwalità ta' publikazzjonijiet f'lingwi diversi. Louis Galea fisser li
l-inizjattivi li inbdew xi snin ilu - il-Fiera tal-Ktieb u l-Premju
Letterarju jeħtieġ jiġġeddu u jingħataw spinta ġdida. Barra minn hekk hemm
ħidma oħra li jeħtieġ issir biex il-poplu jsir aktar konxju tas-sbuħija
tal-kotba u biex il-kotba u l-qari jinżlu u jinfirxu fil-livelli kollha
tas-soċjetà. |