|
|
-
Is-Siegħa tal-Kittieba
- Intervista lil
Adrian Grima. Nhar il-Ħamis, 4 ta' Frar 2010, Dr Simone Galea
se tintervista live lil Adrian Grima f'puntata oħra mis-sensiela IS-SIEGĦA
TAL-KITTIEBA, li bħas-soltu se ssir fis-Sala tal-Mużika, fil-Kavallier ta'
San Ġakbu, fis-7.30pm. Adrian Grima, li dan l-aħħar rebaħ il-Premju
Speċjali għall-aktar ktieb kreattiv fl-2008 bil-ktieb Riħ min-Nofsinhar,
huwa magħruf għall-poeżija impenjata tiegħu. Huwa jaħdem mal-grupp
kulturali Inizjamed li jorganizza diversi attivitajiet kulturali matul
is-sena, fosthom il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta' Malta, li
sar appuntament annwali fil-kalendarju kulturali lokali. Minbarra li huwa
poeta, illum il-ġurnata Grima qiegħed jagħmel isem bħala intellettwali
impenjat u spiss ikun mistieden jikkontribwixxi f'kungressi u ġurnali,
l-aktar b'taħditiet u artikli dwar il-Mediterran fl-aspett artistiku,
soċjali u politiku tiegħu. Dr. Adrian Grima jgħallem il-letteratura
Maltija fil-Fakultà tal-Arti. (Immanuel Mifsud)
-
Nhar it-Tnejn 1 ta'
Frar 2009, Kampanja Ktieb Kafè bdiet taħdem fil-Kavallier San
Ġakbu: iktar minn mitt ktieb tpoġġew għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.
Hemm kotba għall-kbar kif ukoll kotba ġodda għat-tfal, bl-Ingliż u
bil-Malti. (Nadia Mifsud)
-
Ara r-riżultati
kollha tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-kotba ppubblikati fl-2008.
Verżjoni pdf
(folju 93)
-
Spell
it out! Wednesday, 27th JANUARY 2010, 8.15 p.m 3rd
Open Reading at Chiaroscuro, Strait Street,
Valletta. Everybody can read or just listen. It just should be a
self-written text in Maltese, English or Italian. Bring as many
acquaintances, relatives, friends and freaks, colleagues, writers and
non-writers, musicians or just people who wanna listen with you.
-
Erbghin Sena ta' Protesta - Intervista lil Mario Azzopardi.
Nhar il-Ħamis 21 ta' Jannar 2010 tkompli s-sensiela
IS-SIEGĦA TAL-KITTIEBA b'intervista live lil Mario Azzopardi, fis-Sala
tal-Mużika tal-Kavallier ta' San Ġakbu, fis-7.30pm. Lura fis-snin sebgħin
Mario Azzopardi kien deskritt bħala l-enfant terrible tal-letteratura
Maltija, il-protagonist ta' ġenerazzjoni ta' kittieba li riedu jibdlu lil
pajjiżhom bħalma riedu jagħmlu l-kontemporanji tagħhom fl-Ewropa u d-dinja
tal-Punent. Ir-reazzjoni għall-predeċessuri, l-irreverenza, l-antagoniżmu,
il-ħeġġa għall-impenn, il-kurżità "b'hemm barra" ... forsi kienu dawn
il-karatterstiċi ewlenin ta' din il-ġenerazzjoni. Wara erbgħin sena kif se
jiġi evalwat dak il-perjodu? Mario Azzopardi se jkun intervistat minn
Immanuel Mifsud. Id-dħul, bħas-soltu, huwa b'xejn.
-
Awturi dwar
il-Libertà tal-Espressjoni
(stqarrija:
It-Tlieta, 12 ta’
Jannar, 2010)
Aħna l-awturi hawn
taħt iffirmati, nixtiequ nesprimu d-dispjaċir u n-nuqqas ta’ qbil tagħna
mat-trażżin istituzzjonalizzat tal-espressjoni ħielsa f’pajjiżna.
Bħala awturi, ma
nistgħux naċċettaw l-implikazzjonijiet ta’ xi setgħa li teħodha fuqha
nnifisha li tgħarbel u tiddeċiedi x’jista’ jinqara u x’ma jistax. F’Malta
Ewropea tas-seklu wieħed u għoxrin, l-espressjoni għandha tkun ħielsa.
Atti ta’ ċensura artistika jitfgħu dubji serji fuq ir-rispett
tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali salvagwardjati
fil-Kostituzzjoni.
Hawn qegħdin
nagħmlu aċċenn għar-rwoli importanti li għandhom il-kittieba f’kull
soċjetà. Nisħqu fuq il-ħtieġa li kwistjonijiet urġenti bħal-libertà
tal-espressjoni u l-istatus tal-artisti f’pajjiżna jitpoġġew fuq quddiem
nett tal-aġenda nazzjonali; li jinbidlu b’mod immedjat l-liġijiet
antikwati li jistgħu b’xi mod itellfu din il-libertà; u b’mod immedjat
titwaqqaf kull prosekuzzjoni mill-pulizija li għandha x’taqsam ma’ dawn
il-liġijiet antikwati.
Aħna ma
noġġezzjonawx għal sistema ta’ klassifikazzjoni li xogħolha jkun li tagħti
parir lill-poplu dwar livelli ta’ kontenut adult fl-oqsma artistiċi, imma
noġġezzjonaw bil-qawwa kollha għal dik iċ-ċensura li tinsulta
l-intelliġenza u l-libertà tal-poplu Malti.
John Aquilina, Clare
Azzopardi, Mario Azzopardi, Simon Bartolo, Norbert Bugeja, Mark Camilleri,
Charles Casha, Antoine Cassar, Charles Colerio, Noel Fabri, Lino Farrugia,
Charles Flores, Francis Galea, Sergio Grech, Maria Grech Ganado, Adrian
Grima, Simone Inguanez, Gorġ Peresso, Ray Mahoney, Ġorġ Mallia, Albert
Marshall, Immanuel Mifsud, Kevin Saliba, Andrew Sciberras, Karl Schembri,
Loranne Vella, Vince Vella, Alex Vella Gera, Trevor Żahra.
-
Nhar l-Erbgħa 30 ta' Diċembru, 20:00 -
Maħżen XII, l-Imdina, Malta. Tnedija ta' Passaport,
ktejjeb ġdid ta' Antoine Cassar, b'disinji ta' Asya Reznikov u Noel
Tanti. Passaport poetiku, validu għall-popli kollha, u għal kull pajsaġġ.
Kulħadd mistieden, twieled fejn twieled. Is-siwi tiegħek mhuwiex
proporzjonali għall-popolazzjoni ta' pajjiżek. Dħul b'xejn, m'għandekx
bżonn viżi jew timbri, il-bieb maqlugħ miċ-ċaċċiż. Lejla ta' poeżija,
rakkonti, teatru u mużika, bis-sehem ta' Clare Azzopardi, Norbert Bugeja,
Walid Nabhan, Tibet Society Malta, WhatsTheirNames Theatre, Robert
Farrugia Flores (Plato's Dream Machine). Wara l-preżentazzjoni tal-Passaport, jintwera d-dramm qasir Seven Jewish
Children, miktub minn Caryl Churchill bi tweġiba għall-attakk militari
Iżraeljan fuq ix-xatt ta' Gaża, li bħalissa qed jitfakkar l-ewwel
anniversarju tiegħu. Direzzjoni ta' Philip Leone-Ganado.
Il-passaport jinbiegħ b'donazzjoni minima ta' €1, bid-dħul kollu jingħata
lill-Migrants Solidarity Movement (http://www.migrantsmalta.org). Wara
t-tnedija, il-passaport jista' jinkiseb mingħand il-ħanut L-Arka, 306 Triq
San Pawl, il-Belt. *** B'solidarjetà mal-għadd bla tarf ta' individwi li, bil-passaport
tagħhom jew mingħajru, ma jgawdux id-dritt fondamentali li jsiefru jew
jidħlu lura f'pajjiżhom (Artiklu 13 tal-Istqarrija Universali
tal-Jeddijiet tal-Bniedem) jew id-dritt fondamentali li jitolbu ażil
mill-persekuzzjoni (Artiklu 14), kull min jattendi għat-tnedija huwa
mitlub li jġib miegħu l-passaport, biex 'iċedih' simbolikament:
il-passaporti ċeduti jiddendlu ma' spaga fuq il-palk, u jintraddu lura fi
tmiem l-attività. *** http://antoinecassar.info http://www.facebook.com/event.php?eid=222617062289&ref=mf "[...] Tiegħek dan il-passaport għall-popli kollha, b'bandiera qawsalla, u b'arma ta' wiżża migratorja ddur mal-globu, bil-lingwi kollha li trid, uffiċjali u mhux, bil-qoxra kaħla oċean, jew ħamra demm niexef, jew sewda faħam lest
għall-ħruq, agħżel int, ħudu fejn tixtieq, il-passaġġ sikur u mberraħ, il-bieb maqlugħ miċ-ċaċċiż, tista' tidħol u toħroġ bla biża', bla ħadd ma jwaqqfek, bla ħadd ma jaqbżek fil-kju jew jitfgħek wara nett, m'hemmx x'tistenna, bla ħadd ma jgħidlek Ihre Papiere bitte, iqabbdek it-takikardja
bil-bjudija ta' sebgħu, bla ħadd ma jperreċ jew iwerreċ għajnejh skont il-prodott domestiku gross
per capita tan-nazzjon li tħalli warajk, [...] "
-
It-Tnejn, 14 ta' Diċembru, 2009, se
jitniedu, fost l-oħrajn, dawn il-kotba mill-Malta University Press fl-Aula
Magna tal-Università l-Qadima, Triq San Pawl, il-Belt Valletta,
fis-6.30pm. Wara jkun hemm riċeviment. Ġużè Cutayar,
Stħajjiltni
Malti ta’ Ġewwa: Memorji ta’ Tuneż, b'daħla tal-Prof. Oliver
Friggieri, u Oliver Friggieri, Storia della Letteratura Maltese [1979]
(facsimile edition), b'daħla tal-mibki Prof. Franco Lanza).
-
Nhar it-Tlieta, 15 ta' Dicembru, f'Sala
Couvre Porte, il-Birgu, fis-7.00pm, Horizons Communications
flimkien mal-Kunsill tal-Birgu se jniedu l-ktieb It-Tifel tan-Nanna
ta' Ġorġ Peresso. Se jkun hemm diversi kontribuzzjonijiet qosra
minn Dr Adrian Grima u Joyce Guillaumier, filwaqt li l-awtur u Charles
Abela Mizzi se jaqraw siltiet mill-ktieb.
-
Bi pjaċir nixtiequ nistednuk
għall-inawgurazzjoni tal-Kampanja Ktieb Kafè li se ssir
fil-Chiaroscuro, 44, Triq id-Dejqa, il-Belt Valletta, nhar it-Tnejn, 21
ta’ Diċembru, 2009, fit-8.00 ta’ filgħaxija. Tista’ ġġib miegħek lil
ħbiebek, lil qrabatek… kif ukoll xi kotba li forsi m’għandekx bżonn iktar.
-
Invitation to the next "SPeLL it out! Open
Reading Valletta" on Wednesday 16th December at 9 p.m. "Before
Christmas come to the 2nd "SPeLL it out! Open Reading Valletta" Event,
that will take place next Wednesday, 16th December, starting at 9 p.m.,
once again in the Chiaroscuro on Strait Street - and then
continuing every LAST WEDNESDAY of the month! Read, play music or just
enjoy listening and drinking in the Wine Bar! Come and tell your friends.
Hope to seeing you there!" (Arndt)
-
Nhar l-Erbgħa,
23 ta’ Diċembru, fis-7.30pm, Inizjamed se tippreżenta għadd ta’
xogħlijiet letterarji minn kittieba stabbiliti għal udjenza matura f’lejla
bl-isem ta’ "Wiski
doppju, silġa waħda - waqtiet ta' letteratura,"
f’mużew f’Bormla bl-isem ta’ Bir Mula Heritage, li jinsab f’79,
Triq Santa Margerita, Bormla. Din l-attività se tkun parti minn
programm imfassal mill-Kunsill Lokali ta' Bormla.
L-isem
tal-lejla, li se ddum madwar siegħa u kwart, huwa mnebbaħ minn novella ta’
Emanuel Psaila. S'issa
kkonfermaw ukoll is-sehem tagħhom fil-lejla
l-awturi
Mario
Azzopardi, Keith Borg, Norbert
Bugeja, Maria Grech Ganado, Adrian Grima,
Simone Inguanez, Walid Nabhan,
u Charles Scerri.
-
Bejn Linja (Ħadra) u
Oħra - Intervista lil Clare Azzopardi.
Nhar il-Ħamis 10 ta' Diċembru
2009, Dr Marco Galea se jintervista live lil Clare Azzopardi fis-Sala
tal-Mużika tal-Kavallier ta' San Ġakbu, fis-7.30pm, intervista
oħra mis-sensiela IS-SIEGĦA TAL-KITTIEBA. Clare Azzopardi reħbet il-premju
letterarju bl-ewwel ġabra ta' novelli tagħha Il-Linja l-Ħadra. Minbarra
proża hija tikteb ukoll drammi, bħal "L-Interdett Taħt is-Sodda", li ġie
tradott u moqri fi Franza u ppubblikat ukoll f'verżjoni Għarbija. Uħud
min-novelli tagħha nqalbu għal diversi lingwi, ippreżentati f'festivals u
programmi letterarji barranin u ppubblikati f'diversi pajjiżi. Azzopardi
taħdem ħafna wkoll fil-qasam tal-letteratura tat-tfal, bil-kitba ta'
rumanzi u kotba għall-qari, kif ukoll bil-kumpilazzjoni ta' kitbiet
għall-qarrejja żgħar. Clare Azzopardi tgħallem il-Malti fil-Kulleġġ
tal-Università. Waqt l-intervista jkun hemm qari ta' siltiet ta' Clare
Azzopardi mill-attriċi Sharon Bezzina u kummenti mużikali minn Alex Vella
Gregory. Bħas-soltu, dħul b'xejn. (Immanuel Mifsud)
-
Tnedija ta' Bliet, il-ktieb tal-poeżiji ta' Norbert Bugeja (Emma Delezio,
2009). Il-Ġimgħa, 11 ta' Diċembru, 2009, fit-8.00pm, fis-sala tal-mużika
tal-Kavallier ta' San Ġakbu, il-Belt Valletta. Kulħadd mistieden.
-
Ix-xogħol teatrali Is-Surmast ta'
Trevor Żahra se jittella' fil-21 Novembru fis-19:30, 22 Novembru
fl-16:00, 22 Novembru fis-19:30, direzzjoni ta' John Suda, fis-Sala Sir
Temi Zammit, fl-Universita' ta' Malta, Tal-Qroqq. Jieħdu sehem John Suda,
Mary Rose Mallia, Michael Tabone, Anthony Ellul, Simon Curmi, Ninette
Micallef, Sean Buhagiar, Marcel Zammit Marmara', Miriam Fiteni, u Jeremy
Abdilla. Biljetti minn St James Cavalier fuq 21223216 jew
boxoffice@sjcav.org.
-
Open Reading at Chiaroscuro, 44
Strait Street, Valletta. Wednesday, 25th November 2009, 8.15 pm.
The concept is for authors or wannabe authors, poets or people who think
they have something to say, something to share – anything which makes up
sentences with words, traditional writers and storytellers as well as hip
hop freestyle poets, slam-poets, just lovers of words... We want to invite
you to this evening where you will have the chance to express yourself and
share your work. Anyone who just wants to listen is very welcome, too. TWO
rules only: It has to be your original work in English or Maltese and each
reading shouldn’t be longer than 10 minutes. The evening will be moderated
by Vince Fabri and Arndt Kremer, a native and an alien, both writers
themselves. The event will take place in the Chiaroscuro Bar, giving a
more informal atmosphere than literary evenings of this kind normally
portray. Therefore it is linked to the tradition of permanent cultural
events in bars which were especially common in 19th-century Europe. It is
planned to have this evening every two weeks. The night will be
accompanied by live music. See you there, Vince Fabri and Arndt Kremer.
-
Ix-Xjentista u l-Kittieba - Rena Balzan
Intervistata. Nhar il-Ħamis 26 ta’ Novembru 2009, fis-7.30pm,
fis-sala tal-Mużika tal-Kavallier ta’ San Ġakbu, Rena Balzan tagħti
intervista lil Simone Galea. Din l-intervista taħbat ir-raba’ waħda
mis-sensiela ta’ intervisti “Is-Siegħa tal-Kittieba”, wara l-intervisti
ma’ Pierre Mejlak, Maria Grech Ganado u Albert Marshall. Rena Balzan hija
professur fid-Dipartiment tal-Bijoloġija fl-Università. Hija għandha
dottorat fil-Bijoteknoloġija u l-Bijoloġija Molekulari. Minbarra li hija
magħrufa fil-qasam tal-bijoloġija din ix-xjentista hija waħda
mill-kittieba ewlenin tas-snin sebgħin u minbarra għadd ta’ poeżiji hija
ppubblikat ukoll erba’ rumanzi. Bħalma saret it-tradizzjoni ta’ dawn
l-intervisti, Rena Balzan se tagħlaq is-siegħa tagħha billi taqra xogħol
ġdid li għadu ma ġiex ippubblikat. L-attriċi Sharon Bezzina taqra siltiet
oħrajn ta’ Rena Balzan u l-pubbliku, bħas-soltu, ikollu l-opportunità li
jagħmel l-interventi tiegħu. Id-dħul huwa b’xejn.
-
Is-Sibt, 28 ta' Novembru, fis-7pm,
fis-Sala tal-Lukanda Phoenicia, se jsir il-Festival - L-Għanja
tal-Poplu, b'kanzunetti originali bil-Malti miktubin u kantati minn
kantawturi li jitkellmu fuq diversi aspetti socjali tal-hajja Maltija. Din
hija t-34 darba li qed isir. Ibbukkja billi ccempel 21233893 jew 99234500
jew info@ytc.org.mt.
www.ghanjafest.com YTC - 227, triq il-Merkanti, Valletta
-
It-Tifel tan-Nanna,
ta’ Ġorġ Peresso (Pubblikazzjoni
Horizons). Horizons għadha kif ħarġet it-tielet
ktieb fis-sensiela tagħha ta’ kitibiet ta’ Ġorġ Peresso, bl-isem
It-Tifel tan-Nanna. Dan hu awtobijografija imma li jwassal biss
lill-awtur sa kemm jagħlaq erbatax-il sena. Sakemm daħal ‘boarder’
mal-Patrijiet u l-bieb ingħalaq fuq tfulitu. Hi ġabra ta’ stejjer marbuta
ma’ tfulitu l-ewwel fil-Birgu, imbagħad Birkirkara u l-Gżira fi żmien
il-gwerra, imbagħad f’Bormla mġarrfa u f’Ħaż-Żabbar. Id-dinja tat-tfulija
tidher fl-innoċenza - jew fin-nuqqas tagħha -, fis-seħer u fil-ħolm,
fid-devozjoni u fl-iskrupli ta’ tifel qed jikber mimli kurżità,
fl-avventuri żgħar li jidhru kbar fid-dinja ċkejkna tal-familja u r-rabta
tiegħu ma’ nanntu. U l-ħbieb tal-iskola u tat-triq. Hi dinja kważi
tal-ħrejjef, għalkemm mhedda mit-twissija li kollox hu dnub u t-twiddiba
tan-nar tal-Infern. Hemm xi ħaġa differenti f’din l-awtobijografija mhux
tant fir-rakkonti daqskemm fil-mod kif Peresso jqajjimhom quddiemna.
Peresso juża stil mexxej, nebbiexi u mqareb, imsaħħar, f’waqtiet riflessiv
u f’waqtiet umoristiku. Ir-ritratt li joħroġ hu wieħed ta’ tifel, li
minkejja kollox, kien kuntent li kien tifel żgħir jikber ma’ djul familtu
u nanntu. U beża’ meta tilef tfulitu. Il-ktieb fih ukoll għadd ta’stampi. Ghal aktar informazzjoni żur
horizons.com.mt.
-
Ħareġ ir-rumanz ta' Charles Casha,
martina@chat.com għall-adolexxenti (Klabb
Kotba Maltin). F’dan il-ktieb, għall-qarrejja ta’ bejn
l-11 u l-15-il sena, Casha qiegħed jippreżenta sitwazzjoni f’familja ta’
erbgħa min-nies fejn donnu li kulħadd qiegħed jgħix għal rasu, medhi b’dak
li l-aktar jinteressah fil-ħajja. Huwa biss Robert, l-iżgħar wieħed, li
jinduna, li l-affarijiet m’humiex kif għandhom ikunu u jixtieq li jkun
hemm tibdil għall-aħjar. Martina ssib ruħha f’sitwazzjoni skabruża u minn
hemm l-affarijiet jieħdu xejra oħra. F’wieħed mill-komponimenti tiegħu,
Robert iqanqal tħassib fl-għalliem u issa l-ġenituri tiegħu jsibu ruħhom
affaċċjati mir-realtà. Għal aktar tagħrif
ikkuntattja lill-Klabb Kotba Maltin fuq
2149 7046 jew ikteb lil charles.casha@gmail.com.
-
Memories of Recurrent
Echoes. Anton Sammut`s epic
novel, a translation of the original in
Maltese, Alte Vestiga. The novel is a highly moving
story based in Bavaria, Germany, (spreading to
Europe) between 1890 and 1990: a hundred years of
love, vengeance, tragedy, madness,and all the irreconcilable
contradiction of existence which mark out Man`s human
nature. It is a physical and spiritual Odyssey, a
metaphysical battle between will-power and
self-doubt, an exploration of God, human
freedom and
what is truth.
www.recurrentechoes-antonsammut.com
-
Diskussjoni dwar
iċ-Ċensura organizzata mill-Kunsill Nazzjonali
tal-Ktieb, fid-dawl ta’ dak li seħħ f'dawn
l-aħħar jiem. Din id-diskussjoni li fiha l-pubbliku
jista’ jintervjeni ser issir waqt il-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb is-Sibt,
14 ta' Novembru, fis-7.30 p.m. fis-Sala Temi
Zammit f’Dar il-Mediterran, il-Belt. Din is-sala
tinsab f’nofs is-sala fejn ikunu esebiti l-kotba. Sa issa l-panel huwa
magħmul mill-Kittieb Immanuel Mifsud u l-pubblikatur Chris Gruppetta.
-
F'din is-sena se
titfakkar t-tmenin sena minn meta l-Profs. P. P. Saydon
beda jittaduċi l-Bibbja għall-Malti, u ħamsin sena minn mindu lesta
t-traduzzjoni. Għal din ir-raġuni l-Kummissjoni Kultura u Ambjent fi ħdan
il-Parroċċa San Ġiljan se tkun qed torganizza taħdita pubblika
minn Carmel Bezzina fil-knisja ta' Lapsi (S.
Ġiljan, quddiem l-Ambaxxata Ċiniza) nhar il-Ħamis, 19 ta' Novembru,
fis-7:15pm. Is-Sur Carmel Bezzina kiteb
teżi tal-Masters fuq Profs. Saydon, u fl-2006 ħareġ
il-ktieb Saydon: Biblista u Studjuż tal-Malti.
-
Il-Fiera Nazzjonali
tal-Ktieb, din is-sena ser issir fid-Dar il-Mediterran bejn il-11 u
l-15 ta’ Novembru, 2009. Il-Fiera hija organizzata mill-Kunsill
Nazzjonali tal-Ktieb u d-Dipartimenti tal-Libreriji. Il-fiera toffri
opportunitajiet lill-pubbliku biex jiskopri pubblikazzjonijiet ġodda kemm
Maltin kif ukoll barranin. Waqt il-Fiera jkun hemm diversi attivitajiet li
jiċċelebraw il-kotba. Il-programm ta’ din is-sena jinkludi:
L-Erbgħa 11 ta’ Novembru
19.00: Tnedija tal-ktieb Alla Twajjeb Dejjem.
Ġabra ta’ poeżiji ta’ Anton Buttigieg, kompilati minn Anselm Sciberras
b’daħla tal-Professur Oliver Friggieri.
Il-Ħamis 12 ta’ Novembru
19.00 Attività divertenti u
differenti mill-Merlin Library Ltd bl-isem ta’ tsek-tsik.
10 protagonisti u nofs, 15-il ritratt kull wieħed.
20 sekonda biss fuq kull ritratt.
Protagonisti: Ġuże Stagno, Mona
Farrugia, Trevor Zahra, Clare Azzopardi, Robert Cordina, Mario Azzopardi,
Pierre Portelli, Chris Gruppetta, Claire Bonello, u Mark Scicluna.
Il-Ġimgħa 13 ta’ Novembru
19.00 Trevor Żahra jippreżenta Serata ta’
Letteratura Tikka Mqarba.
Is-Sibt 14 ta’ Novembru
10.00 SKS ser iniedu l-ktieb Pupu fil-Baħar;
ġabra ta’ novelli miktuba minn Alfred Sant.
18.00 Allied Publications ser iniedu Il-Politika tal-Persważjoni; l-awtobijografija tal-Professur Guido de
Marco maqluba għall-Malti minn Charles Abela Mizzi.
Il-Ħadd 15 ta’ Novembru
17.30 Horizons ser jagħmlu preżentazzjoni ta’
L-Istorja tal-Istorja
miktub u moqri minn Ġorġ Peresso. L-attivitajiet kollha ser isiru fis-Sala Temi Zammit f’Dar
il-Mediterran, u huma mingħajr ħlas u jista’ jattendi għalihom kulħadd.
Xi esebituri ser ikollhom ukoll attivitajiet għaddejjin fuq l-istands
tagħhom. Il-Fiera ser tiftaħ kif
ġej:
|
L-Erbgħa 11 ta’
Novembru
9.00 a.m. – 1.30 p.m.
5.00 p.m. – 9.00 p.m. |
Il-Ħamis 12 ta’
Novembru
9.00 a.m. – 1.30 p.m.
5.00 p.m. – 9.00 p.m.
|
|
Il-Ġimgħa 13 ta’
Novembru
9.00 a.m. – 1.30 p.m.
5.00 p.m. – 10.00 p.m.
|
Is-Sibt 14 ta’ Novembru
9.00 a.m. – 12.30 p.m.
4.00 p.m. – 10.00 p.m. |
|
Il-Ħadd 15 ta’ Novembru
10.00 a.m. – 12.30 p.m.
3.00 p.m. – 9.00 p.m.
|
|
Ser ikun hemm it-trasport
minn Bieb il-Belt. Id-dħul għall-Fiera huwa
mingħajr ħlas. Iktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn
info@ktieb.org.mt jew mill-websajt tal-KNK
www.ktieb.org.mt.
-
Tnedija ta' Il-Ġnien
tad-Dmugħ ta' Simon Bartolo u Loranne Vella.
Club Party. Il-Ġimgħa, 11 ta' Diċembru, fid-9:00pm. Imħażen ta' Caraffa,
il-Birgu. I-tielet u l-aħħar volum
mit-triloġija tal-Fiddien. Pubblikazzjoni Merlin Library.
Party għall-qarrejja tal-Fiddien (+ qraba u ħbieb) minn sittax-il sena 'l
fuq. (Il-party għal qarrejja iżgħar se jkun avveniment ieħor.)
ILBIES : Kostumi ispirati mit-triloġija tal-Fiddien (min irid).
OBBLIGATORJU : Dmugħ Iswed. ATMOSFERA: skura.
MUŻIKA: Dj Bob. ILBIES: Mhux
tas-soltu.
Dħul b'xejn. Waqt il-party se jinbiegħ il-ktieb għall-ewwel darba u se jkunu qed
jiffirmawh l-awturi li se jinzlu Malta apposta għal dan l-avveniment
-
Il-Ħamis 29
ta' Ottubru, ikun imiss lil Maria Grech Ganado tigi
intervistata fil-Kamra tal-Muzika, fil-Kavallier ta' San Gakbu,
fis-7,30pm. Din hija t-tieni intervista mis-sensiela *Is-Siegha
tal-Kittieba*, sensiela ta' ghaxar intervisti lil kittieba ewlenin. Ghal
min ma setax jigi ghall-ewwel intervista ma' Pierre J Mejlak, is-serata
tiehu siegha, u fl-ahhar kwarta jkunu l-membri tal-udjenza li jaghmlu
l-mistoqsijiet taghhom lill-kittieb/a mistiedna. Maria Grech Ganado hija
poetessa li tikteb bil-Malti u bl-Ingliz. Diversi xoghlijiet taghha gew
tradotti f'numru ta' ilsna u ppubblikati f'rivisti letterarji rinomati.
Ta' spiss tkun mistiedna ghal festivals letterarji. Grech Ganado tat
kontribut kbir lil kittieba tal-generazzjoni ta' warajha billi qalbitilhom
hafna xoghol ghall-Ingliz. Hija nghatat il-Midalja ghall-Qadi
tar-Repubblika bhala gharfien ghall-kontribut letterarju u edukattiv
taghha. Maria Grech Ganado se tkun intervistata minn Dr Simone Galea.
Fit-12 ta' Novembru jkun imiss lil Albert Marshall li jigi intervistat.
Aktar informazzjoni dwar *Is-Siegha tal-Kittieba* tista' tinstab fis-sit
elettroniku tac-Centru ghall-Kreattività,
www.sjcav.org
-
Il-Ħamis
fis-7.30pm, fil-Kamra tal-Mużika fil-Kavallier ta’ San Ġakbu,
il-Belt Valletta. Sensiela ta' 10 intervisti bl-isem ta'
Is-Siegħa tal-Kittieba. Intervisti live ma’ kittieba ewlenin
fil-Kavallier ta’ San Ġakbu. Fl-ewwel intervista, Dr. Marco Galea
jintervista lil Pierre J. Mejlak ftit wara r-rebħ tal-Premju
internazzjonali, A Sea of Words organizzat mill-Fondazzjoni Anna Lindh u
IMED. Din is-sensiela, li hija waħda
mill-inizjattivi li qegħdin jimmarkaw l-għaxar anniversarju mill-ftuħ
taċ-Ċentru tal-Kreattività fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, se tlaqqa’ lil
dawn l-awturi mal-udjenza u mal-qarrejja tagħhom f’tentattiv li jintwera
l-isfond storiku u politiku tal-kitbiet tagħhom. Immexxija minn Marco
Galea, Simone Galea u Immanuel Mifsud, dawn l-intervisti live għandhom
l-għan li l-kittieba jittrattaw ix-xogħol tagħhom fil-pubbliku. Kull lejla
tagħti wkoll l-opportunità lill-membri tal-udjenza li huma wkoll jistaqsu
mistoqijiet lill-kittieba.Il-programm tal-intervisti huwa dan:
15 ta’ Ottubru, Pierre J. Meilak
29 ta’ Ottubru, Maria Grech Ganado
12 ta’ Novembru, Albert Marshall
26 ta’ Novembru, Rena Balzan
10 ta’ Diċembru, Clare Azzopardi
7 ta’ Jannar, Oreste Calleja
21 ta’ Jannar, Mario Azzopardi
4 ta’ Frar, Adrian Grima
18 ta’ Frar, Alfred Buttigieg
4 ta’ Marzu, Mario Vella
Id-dħul huwa b’xejn. “Is-Siegħa
tal-Kittieba” għandha produzzjoni tal-Kavallier ta’ San Ġakbu u ta’ Immanuel
Mifsud. Għal aktar informazzjoni żur is-sit taċ-Ċentru tal-Kreattività www.sjcav.org.
-
It-tnedija ta'
Lura d-Dar, u Ġrajjiet Oħra Li Ma Ġrawx, novelli ta'
Walid Nabhan
(Klabb
Kotba Maltin, 92 paġna, €7.00)
se ssir nhar il-Ħamis, 5 ta' Novembru, fis-7.30pm fis-sala
tal-mużika tal-Kavallier ta' San Ġakbu, il-Belt Valletta.
Kulħadd mistieden.
Walid Nabhan twieled f’Amman il-Ġordan wara li l-ġenituri tiegħu telqu
mill-Palestina. Huwa ġie Malta fl-1990 fejn studja t-teknoloġija
tal-laboratorji mediċi. Lura d-Dar u ġrajjiet oħra li ma ġrawx huwa l-ewwel pubblikazzjoni
tiegħu għalkemm xi wħud mix-xogħlijiet tiegħu dehru f’diversi rivisti u
antoloġiji bil-Malti. Dawn l-istejjer ta’ Walid Nabhan mhumiex stejjer li
soltu naqraw bil-Malti. Dawn huma stejjer ta’ turufnament fiżiku u
materjali. Fin-nofs ta’ dawn l-istejjer insibu dan l-awtur li wasal minn
pajjiż ittradut u li baqa’ jgħix b’ħażna ta’ memorji interzjati f’xulxin.
Dawn l-istejjer jirrakkontaw l-assurdità donnha inevitabbli tan-natura
umani, bl-istaġuni konfużi tagħha, bis-seħer li tnissel fina u l-biża’ li
ma jħalliniex norqdu. Għal aktar tagħrif żur is-sit
www.midseabooks.com, ikteb
lil
sales@midseabooks.com, jew
ċempel 2149 7046.
-
Aġġornament dwar il-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb. Ara
Folju 88
tal-KNK
-
Trevor Żahra jippreżenta Serata ta' Letteratura
Tikka-Mqarba nhar il-Ġimgħa, 13 ta' Novembru,
fis-7:00pm f'Dar il-Mediterran,
il-Belt Valletta, waqt il-Fiera tal-Ktieb.
-
Dr. Alfred Sant f'Dissett. Mit-tmexxija għal membru parlamentari
komuni, Dr Alfred Sant jitkellem ma` Dissett fuq kif jaħsibha fuq il-ħajja
Parlamentari u l-politika. X’ għandu xi jgħid fuq il-Partit Nazzjonalista
fil-gvern u kif iħares lejn id-direzzjoni l-ġdida tal-Partit Laburista? U
x’ għandu xi jgħid fuq il-kontribut tiegħu fil-letterattura. Għall-ewwel
darba fuq it-televizzjoni mindu spiċċa minn mexxej tal-Partit Laburista,
Dr Sant jitkellem f’ Dissett. Dissett jixxandar nhar it-Tlieta 20 ta’
Ottubru fuq TVM fl-21.45. Dissett jixxandar ukoll fuq is-sit www.di-ve.com
-
Ċeda l-Imbatt -
Is-Sibt, 17 ta' Ottubru, 8.00pm, fit-Teatru tal-Università l-Antika,
Triq San Kristofru, il-Belt Valletta (MITP). Se tittella'
l-produzzjoni teatrali Ċeda l-Imbatt. Dan ix-xogħol oriġinali bil-Malti
għandu direzzjoni tal-kittieb u direttur tal-palk, Tyrone Grima. Din
il-produzzjoni teatrali tesplora r-rabta bejn il-baħar Mediterran u
l-faqar. Il-karattri ta’ dan id-dramm kollha qed jaħbu storja marbuta
mal-baħar. U min minnhom qiegħed jgħid is-sewwa? Il-mara Palestinjana
(Nadine Genovese) li m’għandhiex ħajta fi lsienha? Is-sid tar-restorant
(Marco Calleja) li jagħmel minn kollox, l-aqwa li n-negozju jibqa’
għaddej? Is-sajjied (Mark Schembri) li jaf sew kemm jaf ikun kiefer
il-baħar? Sonja (Elaine Falzon) u Pierre (Keith Borg) li spiss jiġġieldu
minħabba s-sigrieti li hemm moħbija taħt it-tapit? Jew il-ħlejjaq
tal-baħar (Sarah Camilleri u Kurt Castillo) li forsi qed jaraw lenti
differenti mill-oħrajn? Permezz tan-narrativa, iż-żfin u l-mużika d-dramm
Ċeda l-Imbatt jurina li kull wieħed u waħda minna tista’ jagħmel
differenza. Il-produzzjoni hija f'idejn il-kumpannija Theatrencore, u qed
tittella' bil-għajnuna ta' STOPoverty, Global Action Schools 2
Communities, Kopin, SKOP, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, l-Unjoni
Ewropea, u Betsson. Id-dħul għal dan ix-xogħol teatrali huwa b'xejn.
-
Din is-sena, il-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb se ssir Dar
il-Mediterran, il-Belt Valletta, bejn il-11-15 ta' Novembru, 2009.
Dħul b'xejn. Ara
Folju 87
tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b'għadd ta' aħbarijiet.
-
Ħareġ
Lura d-Dar, u Ġrajjiet Oħra Li Ma Ġrawx, novelli ta'
Walid Nabhan, Klabb Kotba Maltin, 92 paġna, €7.00. Walid Nabhan
twieled f’Amman il-Ġordan wara li l-ġenituri tiegħu telqu mill-Palestina.
Huwa ġie Malta fl-1990 fejn studja t-teknoloġija tal-laboratorji mediċi.
Lura d-Dar u ġrajjiet oħra li ma ġrawx huwa l-ewwel pubblikazzjoni
tiegħu għalkemm xi wħud mix-xogħlijiet tiegħu dehru f’diversi rivisti u
antoloġiji bil-Malti. Dawn l-istejjer ta’ Walid Nabhan mhumiex stejjer li
soltu naqraw bil-Malti. Dawn huma stejjer ta’ turufnament fiżiku u
materjali. Fin-nofs ta’ dawn l-istejjer insibu dan l-awtur li wasal minn
pajjiż ittradut u li baqa’ jgħix b’ħażna ta’ memorji interzjati f’xulxin.
Dawn l-istejjer jirrakkontaw l-assurdità donnha inevitabbli tan-natura
umani, bl-istaġuni konfużi tagħha, bis-seħer li tnissel fina u l-biża’ li
ma jħalliniex norqdu. Għal aktar tagħrif żur is-sit
www.midseabooks.com, ikteb
lil
sales@midseabooks.com, jew
ċempel 2149 7046.
-
Ħareġ il-ktieb ta'
poeżiji tal-poeta Awstraljan-Malti Joe Saliba,
Uluru (Melbourne, l-Awstralja: Nimrod Publications, 2009).
Dan huwa s-seba’ ġabra ta’ poeziji li ħareġ fil-ħamsin sena li ilu jgħix
fl-Awstralja. Dan il-ktieb, imsemmi għall-monolit Awstraljan Uluru (Ayers
Rock), jiġbor fih 87 poeżija fuq diversi temi, xi wħud minnhom
kontroversjali. It-trattament tas-suġġetti huwa liriku u personali
għall-ahhar. Biex tixtri kopja tal-ktieb Uluru ikteb lill-awtur
fl-indirizz
jpasal@optusnet.com.au. Ara s-sit elettroniku ta' Joe Saliba
hawnhekk.
-
Lil Hinn mill-Jien
u Żewġ huma żewġ
pubblikazzjonijiet ta' Alex Vella Gera li
ħarġu fl-2009. Lil Hinn Mill-Jien huwa
rumanz qasir miktub u ppubblikat minn Alex Vella Gera. Il-ktieb jindirizza
tema iebsa, dik ta' familja Maltija moderna fi kriżi, iżda l-awtur
jippreżenta s-suġġett tiegħu b'mod oblikwu. Dan huwa leħen ġdid fix-xena
letterarja Maltija li mhuwiex neċessarjament marbut mat-tradizzjoni u
lanqas ma' mentalità "Maltija". Il-kittieb isegwi l-ħajja separata
tal-erba' membri tal-familja, qishom pjaneti qed joħorġu mill-orbita
tagħhom madwar xemx tintefa', waqt li jitfa’ l-lenti tiegħu fuq l-irqaqat
tal-ħajja mundana ta' kuljum, li tkompli anke fi żmien ta' kriżi.
-
Kontra r-rumanz
Lil Hinn Mill-Jien,
li ġie ppubblikat f’Mejju li għadda, Żewġ (li ħareġ
f'Settembru) diffiċli tgħid x’tip ta’ ktieb hu. Fih żewġ
novelli, u t-tnejn li huma jistgħu jissejħu fantaxjenza, iżda
s-similaritajiet jieqfu hemm. Ara l-promo
fuq Youtube
hawnhekk.
B’Żewġ Vella Gera jistħarreġ l-idea
ta’ Malta bħala stat tal-moħħ, billi joħloq fl-istejjer tiegħu gżira
nazzjon f’univers parallel li jintgħaraf sew iżda li fl-istess ħin huwa
għal kollox aljen. Fi kliem
ieħor, dan huwa mod daqsxejn ikkumplikat kif ngħidu li Żewġ għandu
jinteressa lil dawk il-qarrejja Maltin li qed ifittxu kitba
immaġinattiva/spekulattiva fil-lingwa tagħhom iżda ftit li xejn qed
isibuha. Żewġ u Lil Hinn Mill-Jien
jinsabu fil-ħwienet tal-kotba u stationers ewlenin;
jistgħu jinxtraw direttament minn Sierra Book Distributors fuq 2137
8576 /
sales@sierra-books.com.
Il-kotba jintbagħtu lil
indirizzi lokali mingħajr ħlas żejjed għall-trasport.
-
F'Ottubru tħabbar li
Pierre J. Mejlak rebaħ il-kompetizzjoni
internazzjonali Sea of Words organizzata kull
sena minn IE Med u l-Fondazzjoni
Anna Lindh biex tippromwovi
d-djalogu interkulturali. Ħadu sehem mijiet ta´
kittieba żgħażagħ minn madwar 50
pajjiż Ewropew u Mediterranju, li tniżżlu għal 30.
Il-premju tħabbar waqt attività kbira f'
Barċellona. Mejlak rebaħ b´vot
unanimu tal-ġurija bin-novella "Nixtieq Ngħajjat
lil Samirah," li issa ser
tiġi ppubblikata mill-organizzaturi tal-kompetizzjoni
f´għadd ta´ lingwi. Skont Mejlak din hija "Konferma
oħra, għal min kien fadallu xi dubju, li l-letteratura
Maltija tradotta m´għandha xejn anqas minn
letteraturi oħrajn.”
-
Antoine Cassar, li s-aena li għaddiet ħareġ
il-ktieb Mużajk (Edizzjoni Skarta),
għadu kemm rebaħ (Ottubru 2009)
il-Grand Prize tal-United Planet Writing
Contest 2009 bil-poeżija "Merħba."
-
Nota mill-KNK dwar l-ISBN f’Malta.
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jinforma lill-pubblikaturi,
kittieba, stampaturi, librara, akkademiċi, disinjaturi tal-kotba u
entitajiet oħra li l-KNK illum hu r-rappreżentant tal-ISBN f’Malta u
ghalhekk dan in-numru jista’ jinkiseb biss mingħandu. Biex tkun
ipproċessata talba għan-numru, min hu interessat għandu jibgħat
id-dettalji tiegħu (isem, indirizz, eċċ) u t-titlu tal-ktieb, tip ta’
illegar (dan jgħodd speċjalment jekk hemm volum b’qoxra ratba u iebsa) u
l-kumplament, flimkien mal-ħlas dovut. Għal iktar tagħrif, u tagħrif dwar
il-ħlas dovut, ikteb lill-KNK fuq
info@ktieb.org.mt. Minn hawn u ftit ieħor, ir-rati jkunu mniżżla fuq
il-websajt tl-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (www.ktieb.org.mt).
(Sergio Grech, Direttur Eżekuttiv, 1 ta’ Ottubru, 2009)
-
A Celebration of Languages through Poetry &
Music. Peter Wessel and his Polyfonías Poetry Project with Antoine
Cassar.
Dar l-Ewropa - 254, St Paul’s Street, Valletta on Notte Bianca - Lejl
Imdawwal - 3rd October 2009, from 21:00 hrs onwards. Popular music will
be played before and after the recital by the Santa Marija Accordion
Band www.ec.europa.eu/dgs/translation |
www.ec.europa.eu/malta.
European Day of Languages 2009
-
Nhar il-Gimgha 9 ta' Ottubru
2009
fis-7.00pm. L-Għaqda Filantropika Talent Mosti tippreżenta żewġ drammi
qosra għall-gosti ta' kulħadd, Mistura tal-Imħabba għal Arlekkin
ta' Narcy Calamatta u Kollox bil-Qaddisin ta' Frank Tanti msejjes
fuq l-istejjer ta' Dun Xand Cortis.
-
Nhar il-Ħamis 22
ta' Ottubru 2009 fis-7.00pm.
L-Ghaqda Filantropika Talent Mosti
bi pjaċir tistiednek għal tahdita "Niltaqghu mal-Awtur" fir-Razzett
tal-Markiż Mallia Tabone. Ix-Xandar Charles Abela Mizzi se jintervista lil Dr.
Alfred Sant
dwar ir-rumanz il-ġdid tiegħu L-Għalqa tal-Iskarjota. Kulħadd huwa
mistieden jattendi. Dħul bla ħlas.
-
Programmi fuq ir-radju. It-Tnejn fid-9.30am
u l-Erbgħa fis-1.30pm fuq Campus FM: IL-KTIEB L-IEĦOR, programm
bil-kulur għar-radju. Qari ta' rumanz (META L-ĦARIFA TISKOT) b'mod viżiv
għar-radju. Preżentazzjoni u produzzjoni Ġorġ Peresso u Celaine
Buhagiar. Fuq Radju Malta, NAQRA, NITFA TIKKA GĦALL-ĦARIFA nhar ta' Sibt
fil-12.15. Fuq Radju Malta, QARI BIL-MALTI nhar ta' Tlieta u nhar ta' Ħamis.
Bħalissa Ġorġ Peresso qed jaqra GĦADA JISBAĦ UKOLL.
-
Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2009
għall-kotba li ħarġu fl-2008 Ara
Folju 86 tal-KNK
-
Spazju għall-Awturi waqt il-Fiera
Nazzjonali tal-Ktieb 2009 Din is-sena waqt il-Fiera Nazzjonali
tal-Ktieb, li se ssir f’Dar il-Mediterran il-Belt f’Novembru 2009,
nixtiequ nagħtu spazju lil Awturi individwali biex jippreżentaw serata
bix-xogħlijiet tagħhom. Nixtiequ li l-preżentazzjoni tax-xogħol tkun
madwar tema partikolari - forsi tkun tema ta’ kontenut jew stil
rikorrenti fix-xogħol tagħhom. Għal dan il-għan, il-Kunsill Nazzjonali
tal-Ktieb qed jistieden lill-awturi interessati biex jissottomettu
proposta. L-attivitajiet isiru fis-Sala Temi Zammit. Il-KNK min-naħa
tiegħu se jipprovdi biss l-ispazju. Kull spejjeż oħra (kull m’għandu
x’jaqsam malpreżentazzjoni, ħruġ ta’ inviti, eċċ) irid jidħol għalihom
l-awtur. Is-sala toffri wkoll il-ħwejjeġ bażiċi li jkollu bżonn kulmin
jippreżenta attivitaijiet bħal dawn. Bżonnijiet li ma tkoprihomx
id-direzzjoni, jitħallsu mill-awtur. Il-KNK jixtieq javża li kull
proposta se tkun evalwata u wieħed jifhem li minħabba attivitajiet oħra
li jkun hemm għaddejjin, bħal tnedijiet ta’ kotba, ma nkunux
f’pożizzjoni li nilqgħu kull idea li titressaq. Għalhekk hu importanti
li min hu interessat javżana kmieni. Ġaladarba l-proġett ikun milqugħ,
l-awtur u l-KNK jidħlu fi ftehim rigward organizazzjoni u l-kumplament.
Id-deċiżjonijiet tal-KNK dwar danhija finali, u jżomm id-dritt li
jirrifjuta kull talba mingħajr spjegazzjoni.
-
Ir-raba' edizzjoni tal-Festival
Mediterranju tal-Letteratura ta' Malta, il-Ħamis 10, il-Ġimgħa 11 u
s-Sibt, 12 ta' Settembru, fit-8.00pm, fil-Kavallier ta' San Ġwann,
il-Birgu (ħdejn Couvre Porte). Jieħdu sehem
Fatena Alghorra (Gaża, il-Palestina), Norbert Bugeja (Malta),
Mohammed El
Amraoui (Franza), Mimmo Grasso (l-Italja), Daniel Jonas
(il-Portugall), Daniel Massa (Malta), Marta Pessarodona
(il-Katalonja, Spanja) u Alex Vella Gera (Malta). Il-mużiċisti mistiedna huma
Renzo Spiteri (perkussjoni) u Jes
Psaila (kitarra). Dħul
b'xejn. Organizzat minn Inizjamed u Literature Across Frontiers
bl-għajnuna tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, il-Fondazzjoni René
Seydoux u l-Institut Ramon Llull. Literature Across Frontiers huwa proġett Ewropew b'finanzjament
mill-programm Kultura tal-UE. Ara
www.inizjamed.org
-
Pubblikazzjoni bil-Malti daqsxejn mhux
tas-soltu: KOMIKS TAS-SIKKINA, sensiela ta' stejjer bl-istampi,
daqsxejn spiritużi u mqarbin, maħsuba għal dawk ta' 'l fuq minn sittax-il
sena. Jinbiegħu minn għand l-Agenda tal-Università u l-Agenda tal-Belt,
m'għand Palmyra ta' B'kara, Velmor tar-Raħal il-Ġdid, il-Malta Comics ta'
Tas-Sliema, St. Anne's Emporium tal-Furjana, u AwTribu tal-Fgura. Tistgħu
wkoll iżżuru s-sit elettroniku
http://komikstassikkina.page.tl
-
POEŻIJAPLUS, it-Tnejn, 31 ta' Awwissu,
7.30pm. Kunċert tal-Kawtawtriċi fil-bitħa tat-Teatru Manoel.
Jieħdu sehem Corazon Mizzi, Lara Vassallo, Fiona, Dana McKeon, Chery
(Instincts), u Marie Therese Vassallo. Dħul b'xejn.
-
Id-Djaletti Festival f'Ghawdex.
VersAgħtini Il-Kelma Maltija qed jorganizza Festival tad-Djaletti
fil-Mużew tal-Folklor l-Għarb, Għawdex, nhar il-Ħadd, 6 ta'
Settembru, 2009 fil-11:00am. Jiftħu l-attività l-awtur Ġużi Gatt li se
jitkellem bid-djalett Żejtuni, waqt li Victor Galea se jitkellem
bil-Brejku. Jieħdu sehem għannejja Għawdxin. Kulħadd mistieden. Dħul
b'xejn. Għal aktar tagħrif ċemplu 2166 7001 jew 9922 6186 jew 7901 7017
(Miriam Cassar)
-
-
Malta University Publishing għadha kemm
ippubblikat Glossarju Franċiż-Malti/Malti-Franċiż
li miġbur
minn Toni Aquilina flimkien ma' Celine McCarthy. IISBN: 978-99909-44-43-3.
-
Sergio Grech għadu kemm
nieda l-blogg tiegħu dwar dwar dak li qed jiġri fid-dinja tal-ktieb lokali
u internazzjonali,
http://ktieb.wordpress.com. L-informazzjoni ser tittella’
f’diversi ħinijiet tal-ġurnata. Barra tagħrif dwar pubblikazzjonijiet
ġodda u attivitajiet relatati, il-blogg se jkun fih ukoll kummenti
mill-kittieba u l-pubblikaturi dwar id-dinja tal-ktieb.
-
Għeziez ħbieb, Nixtieq
nistieden lil dawk kollha li wegħduna xi donazzjonijiet ta' kotba għall-Kampanja
Ktieb Kafè biex iħallu l-kotba fil-Librerija Pubblika Ċentrali
tal-Furjana jekk jista' jkun sal-aħħar ta' Lulju. Il-ħinijiet tal-ftuħ
huma: mit-8.30 am sa 12.45 pm. Min-numru ta' kotba jiddependi n-numru ta'
postijiet li jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-kampanja. Nixtieq infakkarkom
li qed jiġu aċċettati kotba ta' kull tip, għal kull età, bil-Malti jew
bl-Ingliż. Nirringrazzjakom bil-quddiem. (Nadia Mifsud)
-
Fond għall-Arti.
Nhar il-Ġimgħa 7
ta’ Awwissu, 2009, il-Ministru tal-Edukazzjoni Dolores Cristina u
l-Ministru tal-Finanzi l-Onor. Tonio Fenech nidew il-Fond għall-Arti.
Iktar minn 300,000 ewro ser ikunu disponibbli għall-artisti Maltin. Bla
dubju, ta’ xejn fond bħal dan għandu jgħin biex il-kreattività f’pajjiżna
timxi ‘l quddiem. Pajjiżna jbaqbaq bil-kultura sinjura u l-artist Malti għandu prodott validu. Il-kittieba wkoll jistgħu
jgawdu minn dan il-fond. Sergio Grech attenda f’isem il-KNK għal din
l-attività.Iktar tagħrif dwar il-fond jista’ jinkiseb minn:
www.education.gov.mt/artsfund.htm.
-
Ara
Numru 84 tal-Folju tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Awwissu 2009.
-
Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
(għall-2008). Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jgħarraf li, permezz ta’
premjijiet u għotjiet, se jingħata għarfien lill-awturi ta’ l-aħjar
xogħlijiet letterarji u ta’ xejra oħra bil-Malti u b’lingwa oħra li ġew
ippubblikati għall-ewwel darba fi ktieb matul is-sena 2008.
Il-parteċipanti għandhom jibagħtu erba’ kopji tal-ktieb (li ma jintraddux
lura) lis-Segretarju, Librerija Pubblika Ċentrali mhux aktar tard minn
nofsinhar is-Sibt, 8 ta’ Awissu, 2009.
Ara r-Regolamenti. Niżżel il-formola
għall-Premju tal-Ktieb. Ara wkoll il-Formola
għar-Rikonoxximent
tal-Ħidma
tul il-ħajja
ta’ persuna li tat kontribut siewi fil-letteratura jew fil-qasam tal-ktieb
-
Prezzijiet speċjali fuq kotba tal-kbar
das-sajf mill-Wise Owl Publications. Paperbacks kollha €2. Triq
il-Kbira, ir-Rabat: 9.30am – 12.30pm u 4.30pm – 7.00pm; Triq Zakkarija,
il-Belt Valletta: 9.30am – 2.00pm; Is-Sibt: 9.30am – 12.30pm
-
Kahlil Gibran fit-Teatru Manoel.
Poeżijaplus u l-Klabb Kotba Maltin nhar it-Tnejn, 29 ta’ Ġunju,
2009 fil-Bitħa tat-Teatru Manoel fis-7.30 p.m. ser jippreżentaw
Il-Profeta ta’ Kahlil Gibran bil-Malti. Matul il-Fiera tal-Ktieb
tas-sena 2008, il-Klabb Kotba Maltin ippreżentaw il-verżjoni Maltija ta’
Il-Profeta maqluba għall-Malti minn Victor Fenech; wieħed
mill-poeti ewlenin tagħna. Din l-attività għandha direzzjoni artistika ta’
Tony Cassar Darien. Jieħdu sehem l-atturi Anthony Ellul u Kathleen Mamo.
Id-dħul hu mingħajr ħlas. Iktar tagħrif jista’ jinkiseb minn
www.poezijaplus.com jew sergiogrech@yahoo.com Sergio Grech 99827179.
-
Ippubblikat id-Dictionary of Maltese
Biographies u aħbarijiet oħrajn mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Ara
dan il-Folju
tal-Aħbarijiet
-
VersAgħtini IL-KELMA MALTIJA u l-Għaqda
Filantropika Talent Mosti jippreżentaw il-festival Insellmu lil Frans
Baldacchino, ‘il-Budaj’ bid-Djaletti Tagħna. Il-Ħadd 21 ta’ Ġunju,
2009, fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, il-Mosta, bejn is-7.00pm u
d-9.00pm. Mistidnin Speċjali: Is-sinjura Pawla Baldacchino, il-kitarrist
Salvu Tanti u l-kantawtur Mario Debono. Kulħadd mistieden. Dħul b’xejn. Aktar tagħrif
2166 7001 jew 9922 6186. Attività oħra b’risq l-Ilsien Malti minn
VersAgħtini IKMVO50
-
Għall-kittieba ta' kull età - Konkors ta'
Kitba "Letteratura għaż-Żgħażagħ"
organizzat mis-Segretarjat
Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.
Is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport flimkien mal-Kunsill
Nazzjonali tal-Ktieb qed iniedu l-Konkors “Letteratura għaż-Żgħażagħ” biex
jixprunaw il-letteratura Maltija maħsuba għall-età tal-adolexxenza.
Fil-11 ta’ Novembru 2009 jingħalqu s-sottomissjonijiet. Dan il-konkors
huwa miftuħ biss għal manuskritti li jitrattaw l-età tal-adolexxenza, li
jfisser żgħażagħ ta’ bejn 12 u 17-il sena. Ix-xogħol irid ikun
bil-lingwa Maltija. Ix-xogħol irid ikun oriġinali u qatt ma deher
ippubblikat, la sħiħ u lanqas xi partijiet minnu. Il-manuskritt m’għandux
inkun inqas minn 20,000 kelma u m’għandux jaqbeż il-25,000 kelma. Kull
kompetitur jista’ jissottometti sa tliet manuskritti, iżda ma jistax
jirbaħ aktar minn premju wieħed. L-awtur tal-manuskritt għandu juża nome
de plume. F’envelowp separat u ssiġillat, l-awtur jagħti dawn id-dettalji:
isem, età, indirizz, numru tal-mowbajl, numru tat-telefown u indirizz
elettroniku (email). Għandu jkun hemm ukoll dikjarazzjoni li dan hu xogħol
oriġinali, li qatt ma ġie ppubblikat qabel jew xi partijiet minnu u li
qatt ma tah lil xi pubblikatur. Il-manuskritti għandhom jaslu għand
is-Segretarju tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Librerija Pubblika
Centrali sal-11 ta’ Novembru 2009. Ara r-Regolamenti
għall-Kittieba (Word). Ara l-verżjoni
pdf
-
Jitnieda l-Konkors “Letteratura
għaż-Żgħażagħ” mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (Ġunju 2009). Ara
wkoll aħbarijiet oħrajn mill-Kunsill tal-Ktieb fil-Folju
78.
-
Klabb Sajf. Avventura ta’ kitba u
kreattività. Il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi ser toffri
l-programm edukattiv Klabb Sajf għat-tfal minn Year 3 sa Form 3. Dan
il-klabb ser ilaqqa’ l-kreattività u l-gost flimkien mal-kitba f’atmosfera
ta’ klabb sajfi. Il-parteċipanti ser ikunu jistgħu jieħdu sehem
f’attivitajiet bħal tpinġija, crafts u ħruġ f’postijiet ta’ interess li
jnibbtu fihom l-għatx għall-kitba. Fl-aħħar tal-klabb ser ikun hemm
ċelebrazzjoni, fejn il-parteċipanti jaqsmu l-esperjenza tal-klabb
mal-ġenituri tagħhom u mistiedna oħra. Kull min jattendi regolarment
jingħata Ċertifikat ta’ Parteċipazzjoni. Dawk li jixtiequ jipparteċipaw
jeħtieġu jkunu jafu jitkellmu u jiktbu b’Malti u b’Ingliż ta’ livell
addattat għall-età tagħhom. Il-klabb ser ikun immexxi minn tutors imħarrġa
fil-proċess tal-kitba. L-applikazzjonijiet jintlaqgħu sa nhar il-Ħamis
18 ta’ Ġunju 2009. Għal aktar informazzjoni ċemplu fuq 21 455600 / 21
455 607 ext 124 u staqsu għal Ms Muriel Grech.
mwp.fes@gov.mt -
www.fes.org.mt
-
27-30 ta' Mejju. L-attività li jmiss
fil-kalendarju tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb hi t-tieni edizzjoni tal-Fiera
tal-Ktieb Malti. Din is-sena l-Fiera tal-Ktieb Malti ser issir
mill-Erbgħa 27 sad-29 ta' Mejju 2009 mill-10.00 sad-19.00 u s-Sibt 30 ta
Mejju 2009 mid-9.00 sas-13.00. Din is-sena l-Fiera tal-Ktieb Malti ser
issir fis-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu li jinsab fil-Berġa
tal-Italja, Triq il-Merkanti, Valletta. Bi ktieb Malti qed nifhmu ktieb
ippubblikat Malta. Illum il-prodott kiber ħafna kemm dik li hi produzzjoni
kif ukoll fil-kontenut. Fil-Fiera ser jieħdu sehem Klabb Kotba Maltin,
Midsea Books, Merlin Library Ltd, Wiseowl Publications, Franny Jo
Publications, PIN u Uptrend Publishing. Id-dħul għall-Fiera bħal kull
attività oħra organizzata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb hu mingħajr
ħlas.
www.ktieb.org.mt
Ara l-folju
dwar din il-Fiera
-
L-Għalqa tal-Iskarjota,
rumanz ġdid ta' Alfred Sant ippubblikat mill-PEG se jkun
għall-bejgħ mill-Erbgħa, 27 ta' Mejju, 2009. Ibagħtu ċekk ta' €12 lil Malta Book
Network (MBN), UB7, Industrial Estate, San Ġwann, SGN3000. Il-ktieb
jitwasslilkom id-dar mingħajr spejjeż żejda. Inkella tistgħu tixtru
l-ktieb mill-ħwienet ewlenin jew direttament mingħand il-MBN.
-
Folju tal-Aħbarijiet 158, Mejju 2009, tal-Grupp Letteratura Maltija
ta' Victoria, l-Awstralja.
-
B’talba ġenerali Klabb Kotba Maltin għadu
kemm ippubblika edizzjoni ġdida tal-ktieb Fjuri li ma Jinxfux,
volum ta’ memorji ta’ Oliver Friggieri. Il-ktieb qajjem interess
kbir fost qarrejja ta’ ġenerazzjonijiet differenti minn mindu ħareġ ftit
xhur ilu. Fjuri li ma Jinxfux huwa ktieb ta’ memorji tas-snin 1955-1990, u
jiġbor esperjenzi personali u familjari, kif ukoll l-esperjenza politika
Maltija, l-aktar il-konflitt bejn il-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Ġorġ
Borg Olivier u Eddie Fenech Adami, u l-Partit Laburista mmexxi minn Dom
Mintoff u Karmenu Mifsud Bonnici. Oliver Friggieri jirrakkonta l-memorji
tiegħu tas-snin ħamsin u sittin, il-kwistjoni politika-reliġjuża li kienet
konfront bejn l-Arċisqof Gonzi u l-Perit Mintoff, iċ-ċentinarju ta’ San
Pawl fl-1960, l-Interdett, is-snin tiegħu fis-Seminarju f’dan l-istess
żmien, l-ewwel laqgħa tiegħu mal-Arċisqof Gonzi, it-trobbija fil-Museum.
Imbagħad il-ktieb jgħaddi għas-sebgħinijiet, li fetħu bl-elezzjoni li
wasslet lil Mintoff fil-Gvern fl-1971. ‘Fjuri li ma Jinxfux’ jirrakkonta
epoka sħiħa mill-aspett personali u politiku, u fih ukoll ħafna ritratti
li qatt ma ġew ippubblikati qabel. Il-ktieb huwa mimli kwadri kurjużi miż-żmien tat-tfulija tal-awtur
fl-inħawi tal-Furjana, tal-Belt Valletta u tal-Port il-Kbir, u jinkludi
ħafna drawwiet u affarijiet oħra li llum spiċċaw. Fih ħafna dettalji li
llum bdew jintesew imma li kienu importanti għal nies ta’ ċerta età.
Il-ktieb jirrakkonta wkoll il-ġlieda bejn il-Knisja Kattolika u l-Partit
Laburista, kif għexha l-awtur stess bħala tifel fil-Museum u mbagħad
Seminarista. Oliver Friggieri jirrakkonta fid-dettal anki l-perijodu
tas-snin sebgħin u tmenin fi żmien il-Gvern ta’ Mintoff, u kif f’dan
iż-żmien tfaċċat il-figura differenti ta’ Eddie Fenech Adami u dak kollu
li hu għadda minnu sakemm iddomina x-xena u sar Prim Ministru. Huwa
jirrakkonta wkoll kif żmien twil wara huwa stess iddiskuta fil-privat din
is-sitwazzjoni diffiċli ma’ Mintoff, u kif kien Mintoff stess li b’diskors
li kien għamel kien wasslu biex kiteb ir-rumanz Fil-Parlament ma
Jikbrux Fjuri fl-1986. Fjuri li ma Jinxfux jinkludi
deskrizzjoni twila ta’ kif hu kien iddiskuta kollox ma’ Mintoff. Minbarra deskrizzjonijiet twal u dettaljati tal-ħajja popolari tas-snin
ħamsin u sittin, Fjuri li ma Jinxfux jinkludi deskrizzjonijiet ta’
kif l-awtur kien jaf lil Ġorġ Borg Olivier, Eddie Fenech Adami, Ċensu
Tabone, Guido de Marco, Ugo Mifsud Bonnici u Alfred Sant. Fil-kaz ta’
Alfred Sant l-awtur imur lura sas-snin sittin u l-ambjent ta’ Pjazza
Reġina u Strada Rjali. L-ambjent tal-ħajja Maltija ta’ fil-familja u
fil-parroċċa huwa deskritti fid-dettal, u b’mod partikolari Balzunetta
fejn l-awtur trabba għal ħafna snin. Fjuri li ma Jinxfux jagħti importanza kbira lill-ħajja politika
ta’ Malta tas-snin sebgħin u tmenin, u juri għala l-Maltin, qabel u wara
l-Indipendenza tal-1964 kienu kapaċi jevitaw traġedja nazzjonali bħalma hi
gwerra ċivili. Diversi avvenimenti politiċi huma interpretati bħala
x-xifer ta’ konfront ċivili li spiċċa biex ma sarx. Oliver Friggieri għamel dan il-kumment: “Il-ktieb ‘Fjuri li ma
Jinxfux’ huwa rakkont dwar żewġ affarijiet: il-ħajja komuni u sempliċi
tal-familja li setgħet tgħix b’nofs lira kuljum, u l-ħajja mqallba u
perikoluża tal-poplu Malti maqsum fi tnejn, fuq ix-xifer ta’ gwerra
ċivili. B’dan il-ktieb, fost l-oħrajn, nixtieq nifraħ lill-poplu Malti li
rnexxielu jevita l-inkwiet li pajjiżi oħra, ex-kolonji, ma rnexxilhomx
jevitaw.” Fjuri li ma Jinxfux, volum ta’ seba’ mitt paġna, jinsab
għall-bejgħ għand il-Klabb Kotba Maltin, Santa Venera, u l-librara ewlenin
f’Malta u f’Għawdex.
-
Michel. Xogħol oriġinali bil-Malti,
kitba u direzzjoni ta’ Tyrone Grima. Il-kast ilaqqa’ bosta atturi
b’esperjenza differenti. Insibu lil Stefan Farrugia, Keith Borg u Tony
Ellul fil-partijiet prinċipali. Jieħdu sehem ukoll Mireille Mifsud, Elaine
Falzon, Claire Bonello, Nadine Genovese u Dorianne Bonanno fost oħrajn.
‘Michel’ bi produzzjoni ta’ Theatrencore, se tittella’ l-MITP bejn is-17
u d-19 ta’ April, il-biljetti jistgħu jinxtraw mill-Kavallier ta’ San
Ġakbu, 21223216 jew boxoffice@sjcav.org. F’dan ix-xogħol teatrali oriġinali, Tyrone Grima jifli bir-reqqa aspetti
differenti mill-ħajja tassew interessanti tal-kittieb Franċiż Michel
Montaigne. Huwa kien politiku, kittieb, viżjonarju iżda wkoll raġel
tal-familja u fuq kollox bniedem bħal kulħadd, bix-xewqat u l-ħsibijiet li
għandu kull wieħed u waħda minna. Ix-xogħlijiet tiegħu bħal ‘De
l’amitié/On friendship’ kif ukoll il-bijografija ta’ dan l-awtur
rinaxximentali kienu ta’ spunt għal Grima sabiex joħloq storja fi sfond
kontemporanju li tqanqal il-ħsieb u domandi dwar kunċetti ta’ kull żmien. Kollox ikun miexi ħarir għal Michel; is-suċċess fil-ħajja politika qiegħed
dejjem jiżdied, il-preżenza ta’ nies li jixtiqulu l-ġid timlieh
bil-kuraġġ, il-ħbiberija tiegħu ma’ Etienne de La Boétie tgħinu jimxu
dejjem aktar ‘il quddiem. Iżda Michel iżomm fih bosta sentimenti li
jġiegħluh ikun xettiku u li b’hekk jibda jistaqsi dwar l-eżistenza tiegħu.
Dawn il-mistoqsijiet juru li Michel għandu karattru ferm aktar profond
milli wieħed jaħseb u li fih iżomm bosta ħsibijiet, esperjenzi, sfidi u
fl-aħħarnett il-ħolma tiegħu. Iżda kemm u kif se ssir possibbli din
il-ħolma? Naraw li l-ħbiberija ma’ Etienne issir għal Michel importanti
ħafna, forsi xi ftit iżżejjed, tant li jasal biex iwarrab minn ħajtu nies
bħal mara tiegħu Francesca u l-assistent tiegħu Raymond.
Huwa permezz tal-karattri, tax-xeni, tal-mużika u tal-kitba retrospettiva,
li l-udjenza, flimkien mal-karattri tal-istorja, tibda triqitha bil-mod
il-mod lejn l-iskoperta tal-verità dwar il-kitba ta’ dan ir-raġel u dwar
ħsibijietu li matul iż-żminijiet influwenzaw bosta nies differenti.
Fil-fatt it-tieni att huwa rifless litterarju tal-ewwel att, fejn niskopru
ftit ftit il-verità dwar l-ħbiberija bejn Michel u Etienne.
-
Ħarġet iċ-ċirkulari ta'
April 2009 tal-Akkademja tal-Malti.
www.akkademjatalmalti.com
-
Is-Sibt, 18 ta’ April 2009
mill-10:00 sal-11:00 u l-Ħadd, 19 ta’ April 2009 mill-10:00
sal-11.00. Żewġ seminars mill-Akkademja tal-Malti u Palazzo Falson
fl-okkażjoni tal-Festival Medjevali fl-Imdina, bis-sehem ta’ Prof. Godfrey
Wettinger, Prof. Manwel Mifsud, Prof. Stanley Fiorini, Dr Martin Zammit, u
b’daħla mis-Sur Toni Cortis. Dħul: l-attendenza għas-seminar hija b’xejn
imma naċċettaw l-ewwel 30 persuna li japplikaw (bookings@palazzofalson.com
tel: 2145 4512). Kull min jixtieq iżur il-bqija tal-Mużew Palazzo Falson
huwa intitolat għal skont ta’ 50% matul il-Festival Medjevali.
-
VersAgħtini IL-KELMA MALTIJA, flimkien
mal-Għaqda Filantropika Talent Mosti, jistidnuk għall-festival,
ID-DJALETTI TAGĦNA. "Il-Festa ta' Dari u tal-Lum." Nhar l-Erbgħa, 22
ta' April, 2009, fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, il-Mosta,
fis-7.00pm. Kulħadd mistieden. Dħul b'xejn. Diġà kkonfermaw li se jieħdu
sehem persuni li se jitkellmu bid-DJALETT Għargħuri, Għaxqi, Karkariż,
Mellieħi, Mosti, Żejtuni, Żurrieqi u Xlukkajr, fost oħrajn. Għal aktar
tagħrif ċempel: 2166 7001 jew 9922 6186.
-
Jum il-Ktieb 2009 -
Attivitajiet
fil-Kavallier ta’ San Ġakbu l-Belt.
Ara l-programm sħiħ
22 ta’ April
2009
19.00 Ġuże u
ż-Żerbinotti: L-awtur Ġuże Stagno intervistat minn Julia Farrugia.
23 ta’ April
2009
18.00 MALIA -
Il-Gost tal-Ktieb bis-sehem ta’ Joseph Mizzi, Immanuel Mifsud u Peppi
Azzopardi.
19.30 Iltaqa’
mal-Pubblikatur: Alfred Buttigieg u Joseph Mizzi
25 ta’ April
2009 -
10.15 Clare
Azzopardi tniedi r-rumanz għat-tfal Il-Każ kważi kollu tal-Aħwa De
Molizz
19.30 Letteratura
Mqarba bis-sehem ta' Clare Azzopardi, Adrian Grima, Mario Azzopardi,
Immanuel Mifsud, Maria Grech Ganado,
Ġużè
Stagno, Trevor Zahra, Terence Portelli u bosta oħrajn.
26 ta’ April
2009
10.00 Il-Ħadd ma’
Trevor Żahra
14.30 Rita Saliba
taqra l-kitbiet tagħha għat-tfal
15.00 Charles Casha
u Fra Mudest
15.30 Marika
Azzopardi taqra mill-ktieb Mhux Tort Tiegħi
16.00 Charles
Azzopardi jitkellem dwar il-kotba tiegħu dwar is-separazzjoni
fil-familja.
18.00
L-Awtobijografiji President Emeritus Guido De Marco,
Lino Spiteri, il-Maġġur
Stanley Clews
19.30 Għeluq
tal-Ġimgħa tal-Ktieb: Serata ma’ Joe Friggieri
-
Ġużè Stagno intervistat minn
Julia Farrugia. L-attivitajiet
għall-adulti tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal Jum il-Ktieb 2009
jiftħu l-Erbgħa 22 ta’ April fis-7 pm fil-Kavallier ta’ San Ġakbu
b’intervista ta’ Julia Farrugia lill-kittieb Ġużè Stagno. Stagno huwa
l-awtur tar-rumanzi Nbid ta’ Kuljum, Xemx Wisq Sabiħa u Ramon u
ż-Zerbinotti. L-istil ta’ Stagno sab kemm barka kif ukoll saħta. B’Inbid
ta’ Kuljum Stagno irnexxielu jirbaħ il-premju tal-MAPA u spiċċa
fit-tieni post fil-Premju Letterarju. B’Xemx Wisq Sabiħa kiseb
it-tieni post fil-Premju Letterarju.
Julia Farrugia hija magħrufa fil-qasam tal-ġurnaliżmu
investigattiv. Għandha 31 sena u hi ġurnalista mal-gazzetta
Illum.
Fil-karriera tagħha misset bosta suġġetti skabrużi. Rebħet għadd ta’
premjijiet, fosthom dak tal-EU ‘For Diversity. Against Discrimination’
Special Award (2008) b’servizz dwar ir-Roma tal-Ungerija. Dan
il-premju rebħitu wkoll fl-2007. Fl-2007 rebħet il-premju mogħti minn Din
l-Art Ħelwa Cultural Heritage Journalist
Awards. Il-ġurnalista qed tagħti l-opportunità biex il-fans ta’ Stagno
jibagħtu l-mistoqsijiet tagħhom fuq il-Facebook tagħha.
Matul
l-attivitajiet ser ikun hemm ukoll bejgħ ta’ kotba mill-Klabb Kotba
Maltin, Franny Jo Publications, Uptrend Publishing u Wiseowl Publications.
L-attivitajiet kollha huma mingħajr ħlas u l-pubbliku huwa mistieden u
mħeġġeġ li jattendi.
-
Biblijoskene,
nhar it-23 u
l-24 ta’ April fis-7 p.m.
fiċ-Ċentru tad-Drama,
Blata
l-Bajda, u mtellgħa bi
sħab mal-Kunsill
Nazzjonali tal-Ktieb għall-Jum
Dinji tal-Ktieb. Proġett
teatrali ta'
Albert Marshall li ser
jippreżenta collage ta’ poeżiji ta’ poeti li welldu l-Moviment Qamien
Letterarju u poeti kontemporanji.
L-atturi li
ser jieħdu sehem f’din il-biċċa xogħol huma
Yvette Buhagiar,
Aaron
Grech,
Tony
Ellul,
Olivia-Ann Marmarà
u Jane
Marshall.
Lara Vassallo ser tieħu ħsieb il-kant. Dħul
mingħajr
ħlas. Dawk
li jixtiequ jattendu għandhom jibagħtu e-mail
lil
info@ktieb.org.mt u jgħarrfu meta jixtiequ jattendu. Fadal biss ftit
postijiet.
Mario Azzopardi u
Sergio Grech qed jikkordinaw dan il-proġett.
-
Fost l-attivitajiet ta' Jum il-Ktieb
ikkoordinati mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se ssir rappreżentazzjoni
mtella’ miċ-Ċentru tad-Drama b’direzzjoni ta’ Albert Marshall fit-23 u
l-24 ta’ April, 2009 bl-isem ta' Collage Poezija. Qed
nistednukom biex tgħarrfuna meta minn dawn id-dati tistgħu tattendu u kemm
tixtiequ postijiet biex jinħareġ l-invit. Ma jistgħux jintrefgħu iktar
minn żewġ postijiet għal kull individwu. Hu importanti li min jgħid li ġej
jiġi għax din l-attività hi għal udjenza ristretta minħabba l-ispazju.
Id-dħul huwa mingħajr Ħlas. Grazzi tal-koperazzjoni tagħkom u tislijiet
mill-qalb. Nieħdu gost li tilqgħu l-istedina tagħna. (Sergio Grech,
Direttur Ezekuttiv, Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb)
-
Proposta ta’ Liġi mill-Kunsill
Nazzjonali tal-Ktieb -
www.ktieb.org.mt Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jipproponi li
l-Parlament Malti jikkunsidra li fil-Liġi Maltija jkun hemm Att dwar il-Ktieb Malti biex b’hekk dan is-settur jissaħħaħ.
Il-prinċipji li qed ikunu proposti huma fundamentali għall-ħarsien u
l-promozzjoni tal-Ktieb Malti, it-twaqqif tal-Kunsill Nazzjonali
tal-Ktieb, blintenzjoni li tkun il-mira tal-Istat li japplikahom u jimxi
fuqhom. Ara
l-istqarrija tal-Kunsill.
-
Il-KNK flimkien mal-Kavallier ta' San Gakbu
qed iħejji erbat ijiem ta' celebrazzjoni għal Jum il-Ktieb 2009 bejn it-22
u s-26 ta' April. L-idea hi li jkollna laqgħat
ma' awturi, tnedijiet ta' kotba, lectures, rakkontar ta' stejjer, u l-kumplament.
Ser ikun hemm il-bejgħ tal-kotba wkoll. Napprezza ħafna jekk tesprimi
l-interess tiegħek f'dawn l-attivitajiet u tavżani meta ma tkunx tista'
biex jitħejja programm. Is-Sibt 25 mhux ser ikun hemm attivitajiet.
Napprezza jekk tinfurmaw lil dawk li taħsbu li jkunu interessati. (Sergio
Grech)
-
Nhar il-Ħamis, 2 ta’ April fis-6.00 pm,
fl-Aula Magna tal-Università l-Qadima, il-Belt Valletta. PUBLISHING TODAY
AND TOMORROW. Taħdita pubblika minn MR ANGUS PHILLIPS, Direttur
tal-International Centre for Publishing Studies, Oxford Brookes
University. It-taħdita hija organizzata mid-Dipartiment tal-Ingliż u
l-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta u se tkun bl-Ingliż.
-
GĦALIEX SUR FONS? Produzzjoni teatrali ispirata mill-figura ta' Alfons
Maria Galea, b'kitba u direzzjoni ta' Lino Ferris se tittella' minn Atturi
Salesjani fit-Teatru Salesjan fi Triq Howard, Tas-Sliema, nhar is-Sibt, 4 ta' April, fis-7.30p.m. u l-Ħadd,
5 ta' April, fis-6.30p.m.
Parkeġġ b'xejn fil-bitħa tas-Salesjani.
-
It-Tnejn, 30 Marzu, 2009
-
Poeżijaplus tfakkar lil Charles Camilleri. Sala Isouard, Teatru
Manoel
-
Wirja f'ġieħ
Ġorġ Pisani - Ftuħ
tal-wirja fis-Sala tal-Ministeru ta' Għawdex nhar is-Sibt, 28 ta'
Marzu, fis-7pm.
-
Letteratura Gay minn Malta u mid-dinja:
Website/Blog gdida. Sinjuri, Għandi pjaċir inħabbrilkom it-tnedija ta'
sajt letterarja ġdida fuq l-internet li se tkun qed tilqa' u xxandar
kitbiet b'temi omosesswali (gay, lesbjana, bisesswali u transġender pero
mhux biss) minn Malta kif ukoll barra minn xtutna. Ilkoll nafu kif fil-letteraturi ta' pajjiżi barranin, kittieba u artisti
famużi b'orjentazzjoni sesswali differenti bħal Oscar Wilde, E. M.Forster,
Michelangelo, Susan Sonntag, Sappho, Platun, Jean Genet, Andre Gide, Luis
Cernuda, Federico Garcia Lorca, Joe Orton, Alan Ginsberg, Jack Kerouac u
Walt Whitman ħallew il-marka tagħhom fil-letteratura. Nistgħu insemmu
il-famuża De Profundis ta' Oscar Wilde kif ukoll ir-rumanz sigriet
"Maurice" (ippubblikat wara mewtu) tal-bravu kittieb Ingliż E.M.Forster.
Nistgħu insemmu wkoll in-novella ta' Anne Proulx "Brokeback Mountain" li
fuqha nħadem il-film famuż ta' Ang Lee. Hawn Malta, kemm minħabba ċ-ċokon kif ukoll minħabba it-tabu' li xi ftit
jew wisq għadu jgħatti din it-tema, ftit li xejn għandna kitbiet
espliċitament b'tematika gay u wieħed mill-għanijiet ta' din il-website
ġdida hija li nagħmlu wkoll dokumentazzjoni tal-kitbiet b'tematika gay
mill-gżejjer Maltin. Tafu b'xogħlijiet bħal dawn? L-indirizz tas-site huwa:
http://letteraturagay.blogspot.com/ Bħalissa s-sajt għadha qegħda
tinbena, u għalhekk nitlobkom biex jekk għandkom xi kitbiet jew artikli
letterarji b'tematika gay tibgħatuhom fuq dan l-email:
letteraturagay@gmail.com biex jiġu ippubblikati fuq il-blog. Nitlobkom
ukoll biex ixxerrdu l-kelma lil ħbieb tagħkom u anke permezz ta' xi email
lists li jista' jkollkom. Niżżikom ħajr bil-quddiem u nselli ħafna
għalikom. (Daniel f'isem it-Tim Letteratura Gay)
-
L-Għaqda Poeti u l-Kunsill Nazzjonali Maltin tan-Nisa se jorganizza
Ċelebrazzjoni Jum Il-Mara. Il-Ġimgħa, 20 ta’ Marzu 2009, fis-7:00 pm, fis-sala tas-Soċjetà ta’
l-Arti, Manifattura u Kummerċ, Triq Ir-Repubblika, il-Belt Valletta.
Kulħadd mistieden. Jekk tixtieq tattendi ikteb lil ncwmalta@camline.net.mt
jew ċempel 2124 8881 / 2124 6982.
-
German Linguistics Professor inaugurates
small library of books in Maltese at the University of Bremen On 18th
March 2009, Malta’s Honorary Consul-General in Bremen, Dr. Thomas Stöcker,
and Prof. Thomas Stolz, Professor of Linguistics at the University of
Bremen, inaugurated the ‘Maltese Library’ situated within the Linguistic
Department of the University of Bremen. With 375 volumes, this is one of
the largest collections of Maltese literature outside the Maltese islands.
Read the article here
-
On the initiative of the
Embassy of
Malta in Berlin and in conjunction with the Malta Council for Culture
and the Arts, Maltese poet Antoine Cassar this year participated in
the literature project “Small Languages – Great Literatures” (a joint
project by several Cultural institutes/departments from European
countries) at the annual Leipzig Book Fair and also in Berlin. The purpose
behind the initiative comes in line with one of the Ministry of Foreign
Affairs’ Strategic Objectives, namely the promotion and increased
visibility of Maltese literature and culture in Germany.
Read
the article here
-
Istituto Italiano
di Cultura, lunedì 9 marzo, ore 18.30. Oliver Friggieri presenterà il
libro Dun Karm. Le poesie italiane. Interventi di Ugo Mifsud
Bonnici, Joseph Brincat e Joseph Eynaud.
-
BDL Book Sale.
Pre-Stocktake clearance on a wide variety of books including Melitensia &
children’s books. Mon 9th - Sat 14th March, 2009: Weekdays 10.00am -
6.00pm; Saturday 10am - 1.00pm. 13, Giorgio Preca Str, San Gwann. Just off
main road, direction towards Naxxar. (behind Junior’s Leisure Store), Book
Distributors Limited (BDL). Tel: 2138 0351/2
-
FestaKtieb '09 / Bookbonanza - PEG
Ltd. se jorganizza din il-Fiera tal-kotba, bi prezzijiet tajbin ħafna
(sa 50% roħs),
nhar il-Ħamis 19 ta' Marzu (10.00am - 8.30pm), il-Ġimgħa 20
(4.00pm-8.30pm), is-Sibt
21 (10.00am -
8.30pm), u l-Ħadd 22 ta' Marzu (10.00am - 8.30pm) fil-kwartieri ġenerali
tal-Iscouts, il-Furjana, quddiem il-Knisja ta' Sarria. Kotba ta' kull
tip u b'lingwi differenti. Għal aktar tagħrif ara s-sit
www.peg.com.mt.
-
Dante u d-Divina
Commedia. VersAgħtini IKM qed jorganizza sensiela ta' 5 laqgħat
bil-Malti, dwar Dante u d-Divina Commedia għal studenti fil-livell
Post-Sekondarju. Dawn il-laqgħat jibdew is-Sibt 18 t'April fil-5.00pm
fil-Mużew tas-Santwarju Madonna tal-Grazzja Ħaż-Żabbar. Ħlas ta'
reġistrazzjoni ta' €10 jsir is-Sibt 18 t'April bejn l-4.00pm u l-5.00pm.
L-awtur traduttur-poeta Alfred Palma se jmexxi dawn il-laqgħat. Biex
tibbukkja u għal aktar tagħrif ċempel lil Miriam Cassar fuq 2166 7001 jew
9922 6186 jew ikteb lil
marla@onvol.net.
-
Jinħatar il-ħames
Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (Marzu 2009)
-
Tnedija ta' Id-Demm
Nieżel Bħax-Xita (Edizzjoni Skarta, 2009), 15-il awtur u awtriċi
b'solidarjetà man-nies ta' Gaża, se ssir nhar il-Ħamis, 5 ta' Marzu, 2009,
fis-7.30pm, fiċ-Ċentru tad-Drama Mikelanġ Borg fi Blata l-Bajda. Kulħadd
mistieden. Inbid u ikel wara t-tnedija. Fit-tnedija se jieħdu sehem
il-kantawturi Vince Fabri u Lara Vassallo u se jitkellem Patri Ġwann Xerri
OP. L-edituri ta' din il-ġabra huma Adrian Grima u Karl Schembri, waqt li
d-disinn tal-qoxra sar minn Jonathan Grima.
www.skarta.org
-
Fil-paġna letterarja
tal-gazzetta Il-Ġensillum tal-21 ta’ Frar, 2009, dehret
intervista ta' Olivia Borg ma' Maria Grech Ganado.
-
Erba' Poeti Qabel is-Sawm -
Is-Sibt, 21 ta' Frar, fis-7.30pm, f'Bieb is-Sultan,
Ħaż-Żabbar, il-bini storiku ħdejn il-kumpless sportiv
tal-Kottonera, Adrian Grima, Immanuel Mifsud, John P. Portelli,
u Terence Portelli se jaqraw mix-xogħol li ppubblikaw dan
l-aħħar. Id-dħul huwa b'xejn. Dan l-aħħar dawn l-erba' poeti
ħarġu tliet kotba ta' poeżija bil-Malti. Adrian Grima u Immanuel
Mifsud ħarġu Riħ min-Nofsinhar. It-tibdil fil-klima skont
Immanuel Mifsud u Adrian Grima (Edizzjoni Skarta, 2008).
Il-poeta Malti John P. Portelli, li huwa professur
tal-Edukazzjoni f'Toronto, il-Kanada, ħareġ il-ġabra
Taħt
iċ-Ċirasa/Under the Cherry Tree (PEG 2008), waqt li Terence
Portelli ppubblika ġabra ta' ħajku u senriju bl-isem ta'
Stoppini u Suffarelli/Sparkles and Whistles (KKM, 2008).
L-organizzazzjoni hija f'idejn Inizjamed u Poeżijaplus. Din
l-attività se ssir bil-kollaborazzjoni ta' VersAgħtini Il-Kelma
Maltija. L-organizzaturi jixtiequ jirringrazzjaw lis-Sur Mario
Farrugia tal-Fondazzjoni Wirt Artna. Ara
www.inizjamed.org
-
Nhar il-Ġimgħa,
13 ta' Frar,
il-PBS xandar intervista bit-telefon mal-kittieba
Maltja-Awstraljana Dr. Lou Drofenik waqt l-Aħbarijiet
tat-8.00pm. Is-servizz inqeda b'filmati ta' Lou u r-raġel tagħha
minn edizzjoni ta' Waltzing Matilda. Agħfsu fuq din il-ħolqa.
Is-servizz jibda fl-14-il minuta u 13-il sekonda.http://public.di-ve.com/streaming/on_demand_media_streamer.aspx?id=2140&encoding=8&backUrl=streaming/on_demand_event_encoding.aspx?id=2140
-
Merlin Library se jniedi l-ġabra ta' novelli ta'
Pierre J. Mejlak, Qed Nistenniek Nieżla max-Xita, nhar
il-Ħamis, 12 ta' Frar, fis-7:30pm,
fil-kantina tal-Chiaroscuro
fi Strada Stretta, il-Belt Valletta.
-
Il-Festival
"Ballati, Ħrejjef u Leġġendi," har il-Ġimgħa 20 ta’ Frar 2009,
fis-7.00p.m., fil-Mużew tas-Santwarju, Ħaż-Żabbar. Mistednin
Speċjali: Dr Bruno Herin mill-Belġju u Ms Maria Ferstl
mill-Awstrija. Bis-sehem tal-kantawtur Malti Walter
MicallefOrganizzat minn VersAgħtini - IL-KELMA MALTIJA, flimkien
mal-Ħbieb Mużew tas-Santwarju Madonna tal-Grazzja Ħaż-Żabbar. Biex
ifakkru l-Jum Internazzjonali ta’ Lsien Pajjiżi imwaqqaf
mill-UNESCO fl-1999. Kulmin għandu għal qalbu l-ilsien Malti huwa
mistieden.
-
Nhar it-Tnejn 26 ta’ Jannar, fis-7.30 pm.
Trevor Żaħra jippreżenta
kitbiet ġodda f’Poeżijaplus. L-awtur Trevor Żahra se jippreżenta
numru ta’ xogħlijiet ġodda waqt l-ewwel edizzjoni ta’ Poeżijaplus
għas-sena 2009. Se jieħdu sehem ukoll il-kompożitur Ruben Zahra u
Nafra, flimkien mal-atturi Simone Spiteri, Antonella Galea
Loffreda, Joe Galea u Ninette Micallef. L-attività se ssir
fil-Bitħa tat-Teatru Manoel nhar it-Tnejn 26 ta’ Jannar, fis-7.30
p.m.
http://www.poezijaplus.com/XiJmiss.html Dħul b' Xejn.
-
Nhar
l-Erbgħa 7 ta’ Jannar, Chiaroscuro (ex-Labyrinth), Triq
id-Dejqa, il-Belt, fit-8.00pm. "Id-Demm Nieżel Bħax-Xita."
Poeżija u mużika b’solidarjetà mal-poplu Palestinjan. Awturi u
kantanti Maltin kontra l-aggressjoni Iżraeljana. Jieħdu sehem
Adrian Grima, Mario Azzopardi, Walid Nabhan, Karl Schembri, Caldon
Mercieca, Sanaa el Nahhal, Vince Fabri, Immanuel Mifsud, u Lara
Vassallo.
-
Oliver
Friggieri il-mistieden speċjali f'Bondiplus, it-Tnejn, 5 ta'
Jannar 2009, 20:40pm. "Oliver hu s-saħħar tal-kelma Maltija.”
President Emeritus, Ugo Mifsud Bonnici. "Friggieri wera x'saħħa
għandha l-kelma mikuba. Tifkiriet importanti għalih u għal Malta."
Lino Spiteri. “Naqra dan il-ktieb qisni qed naqra x-xogħol
letterarju ta' Oliver." Dr Charles Briffa. "Kif bdejt naqra
l-ktieb ma stajtx nitilqu minn idi." Dr Philip Farrugia Randon.
-
L-ewwel rumanz
bil-Malti ta' Anton Sammut,
Alte Vestiga (ambjentat
fil-Bavarja tal- ermanja bejn l-1890 – 1990… imma mhux biss). "Kif
tista’ tistħarreġ il-ħsieb tar-“ritorn etern” li qiegħed fil-qalba
tar-rumanz ta’ Anton Sammut mingħajr ma tagħti każ li l-binja
tar-rumanz innifisha mhix għajr l-iskrizzjoni ta’ dan il-hsieb?
Għaldaqstant, il-qarrej għandu mnejn japprezzah aħjar jekk ikollu
daqsxejn ta’ inkwadratura tal-Filosofija ta’ l-Istorja,
b’referenza speċjali għal Nietzsche li huwa l-isfond mhux biss ta’
xi konversazzjonijiet li fih il-ktieb, imma ta’ l-istess struttura
tar-rumanz…" - Rev. Prof. Peter Serracino Inglott. Ibgħat
il-kummenti li
altevestiga.sammut@gmail.com.
-
Ħareġ Il-Letteratura Maltija: L-Istorja tan-Narrattiva ta' Charles
Briffa (Malta University Publishing, 2008), pp. 1176. Dan il-volum
jipprova jitfa’ lil kull min ta sehmu fin-narrattiva Maltija minn
żmien De Soldanis ‘l hawn f’qafas teoretiku. Isemmi l-prożaturi
ewlenin bi studju fuq il-biċċa l-kbira minnhom. Jidħlu dawk li
kitbu r-rumanzi u n-novelli, u xi wħud minn dawk li kitbu l-esejs
u xi drammi. Kull awtur jitpoġġa fil-qafas letterarju tiegħu. Fl-Introduzzjoni tal-ktieb Briffa jgħid, fost l-oħrajn: “Dan
il-volum jipprova juri x’kellu l-ħila jagħmel il-moħħ letterarju
f’medda ta’ żewġ sekli u nofs fuq blata ċkejkna f’nofs
il-Mediterran maħsula bi stakkaturi ta’ mewġiet politiċi
differenti. Għalhekk, jagħti, qabel xejn, il-ġrajja tan-narrattiva
Maltija minn twelidha sal-maturità tagħha fil-bidu tas-seklu XXI.
Hija ġrajja li tindika u tesponi l-invenzjoni u l-vitalità
kreattiva li għandhom ir-rumanz u n-novella, u għalhekk dan
l-istudju jidderieġi l-enerġiji tiegħu biex jippreżenta l-iżvilupp
tan-narrattiva letterarja f’Malta f’dawn l-aħħar żewġ sekli u
nofs. Aktar ma jilħqu kittieba ġodda aktar għandna bżonn
nassessjaw il-kitbiet tagħna biex nagħmlu sens minna nfusna.
Id-diviżjonijiet storiċi ġenerali li l-volum jadotta jipprovdu
qafas siewi għall-analiżi, u t-taqsimiet bejn il-ġeneri huma biss
konvenjenza għall-kritika minħabba li l-karatteristiċi li jintużaw
fin-novella jintużaw ukoll fir-rumanz; il-volum jagħmilha ċara din
il-ħaġa (għax huma karatteristiċi marbutin mal-“fiction”).
-
Il-kunċert
"Armaġużarma" tal-Brikkuni
se jsir is-Sibt, 3 ta' Jannar, 2009, fis-7.30pm fit-teatru
tal-MITP fi Triq San Kristofru, il-Belt Valletta.
-
Ħareġ
il-ktejjeb tal-poeta
Antoine Cassar,
Mużajk, an exploration in
multilingual verse (Edizzjoni
Skarta, 2008), li fih kull poeżija fiha versi b'għadd ta'
lingwi, fosthom bil-Malti. Stampat il-Lussemburgu.
-
Fis-17 ta'
Dicembru, fis-7.30 pm fiċ-Ċentru tad-Drama Mikelanġ Borg
il-Blata l-Bajda se jittella' collage ta' teatru fiżiku bbazat fuq
selezzjoni ta' poeżiji tal-poeta Palestinjan Mahmoud Darwish.
Għad-dħul se jintalab ħlas nominali ta' €2.50 ir-ras.
-
Ir-rumanz Ramon u ż-Żerbinotti ta' Ġużè Stagno -
Riċensjoni ta' Mario Cassar
-
Ġieħ ir-Repubblika għall-Kittieba Maltin. Il-Kunsill
Nazzjonali tal-Ktieb jifraħ bl-aħbar li Patri Mikiel Fsadni,
il-Professur Joe Friggieri u s-Sur Lino Spiteri ngħataw Ġieħ
ir-Repubblika f'Diċembru 2008.
-
Riżultati tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għal Kotba
ppubblikati fl-2007
-
Il-Kunsill
Nazzjonali tal-Ktieb fl-attivitajiet għall-Jum Dinji għat-Tfal
2008 u aħbar sabiħa dwar dramm ta' Clare Azzopardi. Ara dan il-Folju.
-
Tislima lil Kilin mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb
|