| Il-Kunsill Nazzjonali ta' l-Ilsien Malti | ||
| u l-Promozzjoni tal-Letteratura |
|
|
|
Il-Kunsill ta' l-Ilsien Malti waqqaf il-Kumitat Tekniku tal-Letteratura f'Mejju ta' l-2005 bil-għan li jfassal strateġija għal-letteratura bil-Malti u jwettaq ir-rakkomdazzjonijiet tiegħu bi sħab ma' dawk l-għaqdiet, l-istituzzjonijiet u l-individwi kollha li jridu jmiddu idejhom biex il-letteratura bil-Malti, fl-aspetti kollha tagħha, tissaħħaħ u tasal għand aktar nies f'Malta u barra minn Malta. |
||
|
Nota importanti: Dan is-sit inbena bi prova u mhuwiex sit uffiċjali tal-Kunsill Nazzjonali ta' l-Ilsien Malti. |
||
|
KAPITOLU 470 (2004)
Fl-2004 l-Parlament Malti waqqaf il-Kunsill Nazzjonali ta’ l-Ilsien Malti biex jippromwovi l-ilsien nazzjonali ta’ Malta u jipprovdi l-għodda meħtieġa għat-twettiq ta’ dan il-għan.
Artiklu 8 tal-Liġi jitkellem dwar il-Kumitati Tekniċi:
Funzjonijiet tal-Kumitat
Kull Kumitat għandu -
Hemm rabta kbira bejn il-Kumitat tal-Letteratura u l-Kummissjoni. Artiklu 7 tal-Liġi jitkellem proprju dwar il-Kummissjoni Teknika
(1) Il-Kunsill għandu jaħtar Kummissjoni Teknika li tkun magħmula kif ġej:
(a) minn president; u (b) mill-Kapijiet tal-Kumitati Tekniċi mwaqqfa bl-artikolu 8.
(2) Id-Direttur Eżekuttiv ikun is-Segretarju tal-Kummissjoni mingħajr jedd għall-vot.
Funzjonijiet tal-Kummissjoni
(3) Il-Kummissjoni għandha -
Ara r-rapport sħiħ, Strateġija għal-Lingwa Nazzjonali (Manwel Mifsud, 2001)
ARA: Il-liġijiet kollha ta’ Malta - Il-liġi dwar l-Ilsien Malti |
|
Il-Ħidma Kumitat Tekniku tal-Letteratura skond il-proposti tar-Rapport tal-Bord għall-Ilsien Malti imħejji minn Manwel Mifsud
|
|
STRATEĠIJA GĦAL-LINGWA NAZZJONALI (siltiet) |
|
Mgħoddi lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, l-Onor. Dr. Louis Galea - Mejju
2001
|
| Ara: Pjanijiet fil-Qrib l Pjanijiet fit-Tul | |
|
Il-Kumitat Tekniku tal-Letteratura fassal programm ta' ħidma li jirrifletti l-għanijiet li għalihom twaqqaf dan il-kumitat skond l-Att dwar l-Ilsien Malti u fid-dawl tal-proposti fl-Istrateġija għal-Lingwa Nazzjonali. L-għanijiet ewlenin ta' dan il-Kumitat skond il-Liġi huma dawn:
L-Istrateġija għal-Lingwa Nazzjonali tipproponi li l-Kumitat għal-Letteratura
Il-Kumitat Tekniku tal-Letteratura qies ukoll il-proposti li rċieva minn persuni u organizzazzjonijiet oħrajn meta kien qed ifassal il-pjan ta' ħidma tiegħu. |
|
|
Inħoloq sit elettroniku bi prova amministrat mill-Kumitat Tekniku tal-Letteratura:
|
|
| Sensiela ta' Laqgħat ma' Awturi Maltin | |
|
Il-Kumitat jipproponi li jikkoordina sensiela ta' laqgħat organizzati minn għaqdiet differenti ma' awturi Maltin li jkunu għadhom kemm ippubblikaw xogħol letterarju.
L-idea hi li l-Kumitat jgħin lill-għaqdiet biex jorganizzaw laqgħat ta' livell dwar kotba ta' letteratura Maltija li jkunu għadhom kemm ġew ippubblikati. Il-kotba jintgħażlu skond kriterji magħrufin u mxandrin minn qabel minn Bord ta' l-Għażla indipendenti ta' tlieta min-nies li ma jkunx jinkludi membri tal-Kumitat Tekniku tal-Letteratura. Il-format ta' dawn il-laqgħat pubbliċi jiġi diskuss bejn l-għaqda u l-Kumitat.
Il-Kumitat jagħmel ħiltu biex joffri l-appoġġ tiegħu fejn tidħol il-promozzjoni tal-laqgħat fuq il-mezzi tax-xandir, jipproponi post fejn tista' ssir l-attività. Jitħabbar li l-laqgħa se ssir mill-għaqda partikulari (li mhux bilfors tkun għaqda tal-Malti jew tal-letteratura) "b'kollaborazzjoni mal-Kunsill Nazzjonali ta' l-Ilsien Malti." |
|
|
Festival Internazzjonali tan-Novella, Diċembru 2005 |
|
|
Il-Kumitat, flimkien ma' l-għaqdiet tal-Malti, se jtella' Festival Internazzjonali tan-Novella bejn it-7 u l-10 ta' Diċembru 2005 biex jippromwovi l-letteratura Maltija fost il-poplu Malti u fuq livell internazzjonali u juri b'mod ċar, permezz ta' inizjattiva konkreta, li l-Kunsill qiegħed hemm biex imexxi 'l quddiem il-letteratura Maltija u jagħti l-appoġġ tiegħu lill-kittieba, minn kull ġenerazzjoni, lill-għaqdiet, u anki lill-qarrejja Maltin.
Il-Festival għandu wkoll l-iskop li jġib lill-għaqdiet flimkien biex jaħdmu fuq proġett ambizzjuż u dan jista' jservi ta' mudell għal kollaborazzjoni u inizjattivi simili fil-futur. Permezz tal-Festival, il-Kumitat jixtieq ukoll jibni relazzjoni mal-mezzi tax-xandir u ma' l-iskejjel u flimkien ma' l-għaqdiet jipproponi modi oħra kif "ngħixu" l-letteratura.
Fil-Festival jieħdu sehem seba' prożaturi minn Malta u tlieta minn barra fi tliet lejliet ta' qari. Isiru workshops immexxijin minn uħud mill-awturi mistednin f'żewġ skejjel tar-raba' klassi tas-sekondarja u eventwalment l-istudenti jiktbu novelli ta' mhux aktar minn 1000 kelma li jinqraw waqt attività maħsuba apposta għalihom fil-Festival.
Hemm il-ħsieb li n-novelli ta' l-awturi mistednin jiġu rrekordjati u jixxandru fuq ir-radju u fuq it-televiżjoni. Se jitħejja ktieb li jiġbor fih in-novelli ġodda li jiġu ppreżentati u jkun jinkludi wkoll novella jew novelli ta' awturi "klassiċi" Maltin li qatt ma jkunu dehru qabel.
Permezz tal-festival nixtiequ nkabbru l-possibbiltà li awturi Maltin jieħdu sehem f'festivals barra minn Malta u nibnu kuntatti f'malta u barra minn Malta li jistgħu jiswewlna mitqlu deheb fil-futur.
L-awturi Maltin li se jieħdu sehem se jintgħażlu minn Bord indipendenti mill-Kumitat Tekniku tal-Letteratura u l-Kunsill Nazzjonali ta' l-Ilsien Malti.
Il-ħsieb tagħna huwa li x-xogħlijiet ta' l-awturi Maltin jiġu tradotti għall-Ingliż, jew lingua franca oħra, u x-xogħlijiet ta' l-awturi barranin jinqalbu għall-Malti.
Nixtiequ wkoll ninvolvu lil għaqdiet Maltin oħra li għandhom interess fit-tematika tan-novelli differenti. Nixtiequ wkoll ninvolvu kritiċi ewlenin biex jintroduċu lill-awturi mistiedna.
Matul il-Festival nixtiequ nlaqqgħu l-protagonisti kollha tal-pubblikazzjoni f'Malta: il-kittieba, il-pubblikaturi, id-distributuri, it-tradutturi, is-sidien tal-ħwienet tal-kotba, l-istampaturi... |
|
| Cd b'tagħrif dwar il-letteratura Maltija għax-xandara | |
| Flimkien ma' għaqdiet interessati nixtiequ nipproduċu cd b'tagħrif u ritratti dwar il-letteratura Maltija għax-xandara u l-ġurnalisti Maltin. | |
| Attivitajiet marbutin mal-monumenti | |
| Attivitajiet bi sħab bejn l-għaqdiet, il-Kunsill tal-Malti u l-Kunsilli Lokali biex jinħoloq itinerarju jew mappa tal-letteratura fil-gżejjer Maltin. | |
| Paġna b'tagħrif dwar tradutturi u t-traduzzjonijiet letterarji fuq www.letteraturamaltija.com, mill-Malti għal lingwi oħra u bil-maqlub. | |
|
Riċerka magħmula bi sħab mal-libreriji f'Malta biex inkunu nafu aktar dwar id-disponibbiltà ta' kotba ta' letteratura Maltija fil-libreriji. |
|
|
Nippromwovu l-idea li jingħataw kotba ta' letteratura Maltija bħala premjijiet lill-istudenti fl-iskejjel. |
|
| Inħeġġu l-ambaxxati Maltin biex jistiednu awturi Maltin għal preżentazzjonijiet tax-xogħol tagħhom waqt festivals Maltin organizzati mill-ambaxxati jew organizzazzjonijiet oħrajn li għandhom rabtiet magħhom. L-istess jgħodd għal istituzzjonijiet barranin li għandna f'Malta. Tinbena paġna fuq dan is-sit elettroniku b'tagħrif dwar festivals u inizjattivi letterarji internazzjonali oħra li jistgħu jinteressaw lill-awturi Maltin. | |
| Il-ħolqien ta' Fond għat-Traduzzjoni ta' testi letterarji Maltin għal awturi li jkunu mistiedna jieħdu sehem f'avvenimenti internazzjonali. | |
| Ġnien il-Kittieba | |
| Proposta biex isir Ġnien il-Kittieba bi sħab ma' Kunsill Lokali. Proġett interdixxiplinarju bi sħab ma' artisti u ekoloġisti. Inizjattiva simili f'Għawdex. | |
| Analiżi tat-testi tal-letteratura fis-Sekondarja | |
|
Kuntatti mad-djaspora Maltija
|
|
| Il-Malti, Leħen il-Malti, Journal of Maltese Studies, u Journal of the Faculty of Arts fuq l-Internet. | |
| Letteratura għall-adolexxenti bil-Malti. Jekk hemm bżonn, l-organizzazzjoni ta' korsjiet ta' kitba f'dan il-qasam, possibilment bi sħab ma' organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet oħra, fosthom l-Università, jew Inizjamed, jew il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi, li diġà ħadu inizjattivi simili | |
| Suġġerimenti prattiċi dwar il-promozzjoni tal-kitba teatrali, fosthom borża ta' studju għal min irid jagħmel Masters barra minn Malta fuq kitba teatrali u l-pubblikazzjoni ta' traduzzjonijie ta' testi teatrali Maltin. Se jkun hemm id-dettalji fuq dan is-sit elettroniku. Ara Kitba Teatrali bil-Malti | |
| Titjib fid-dehra ta' barra tad-dar ta' Dun Karm fil-Belt u proposti oħra għat-Tifkira ta' Dun Karm | |
| Adrian Grima - Clare Azzopardi - Marco Galea - Immanuel Mifsud | |
|
Dan il-Pjan ta' Ħidma tal-Kumitat Tekniku tal-Letteratura ġie approvat mill-Kunsill Nazzjonali ta' l-Ilsien Malti nhar il-15 ta' Settembru 2005 |
|