|
Proposti ta' Proġetti mgħoddija lill-Kumitat Tekniku tal-Letteratura |
||
|
Ara wkoll: Laqgħat tal-Kumitat Tekniku - Pjan ta' Ħidma tal-Kumitat Tekniku |
||
|
|
||
| It-Tifkira ta' Dun Karm | ||
|
L-Erbgħa, 14 ta' Settembru 2005 19:09 Għadu kemm ċempilli Joe Borg, ħabrieki u konsistenti bħal dejjem. Tkellimna dwar it-tifkira ta' Dun Karm.
Din it-tifkira hija responsabbiltà
tal-Kumitat Festi Nazzjonali. Dan il-kumitat talab l-għajnuna
tal-Kunsill Nazzjonali tal-Malti biex jiġu organizzati l-attivitajiet ta'
din is-sena. Il-Kumitat Festi Nazzjonali tkellem ukoll ma' Joe Borg (li
s-sena l-oħra għen billi involva lill-għaqdiet tal-Malti) li ħa
l-inizjattiva għaliex iż-żmien tassew qiegħed jagħfas. L-inizjattivi
ewlenin din is-sena jidher li se jerġgħu jkunu:
Għada, fil-laqgħa tal-Kunsill, naħseb li
l-Kumitat Tekniku tal-Letteratura għandu jipproponi li:
Joe Borg, li jirrappreżenta
lill-għaqdiet tal-Malti fil-Kunsill kkonferma d-disponibbiltà tiegħu biex
din is-sena jerġa' jikkoordina s-sehem ta' l-għaqdiet tal-Malti u jara li
l-istqarrija għall-istampa ma toħroġx b'xita ta' żbalji.... Grazzi Joe!
X'taħsbu?
adrian
|
||
|
|
||
|
L-Erbgħa, 14 ta' Settembru 2005 22:28
Nirringrazzja lil Adrian li minnufih ħa ħsieb jikteb il-ħsibijiet li aħna stqarrejna lil xulxin. Nixtieq inżid xi ħaġa: fl-opinjoni tiegħi, id-diskors ta' Jum Dun Karm (quddiem il-mafkar nazzjonali tal-Furjana) għandu jalterna mal-Konferenza Karmen Mikallef Buħaġar, organizzata mid-Dipartiment tal-Malti u l-Għaqda tal-Malti (kull sentejn). B'hekk ikun hemm diskors wieħed ufficjali kull sena f'ġieħ Dun Karm. Eżempju:
2004 Konferenza KMB (saret taħdita minn Rigu Bovingdon) 2005 Jum Dun Karm (se jsir diskors mill-Mons. Lawrenz Cachia) 2006 Konferenza KMB (taħdita minn...) 2007 Jum Dun Karm (diskors minn...) ecc.
F'dik is-sena li taħbat il-Konferenza KMB, quddiem il-Mafkar tal-Furjana jsir korteo biss mill-Għaqdiet tal-Malti u jinqraw poeżiji biss.
Għandha tinżamm it-tradizzjoni li d-diskors ta' quddiem il-mafkar jibqa' jiġi stampat (kif s'issa dejjem sar) filwaqt li t-taħdita tal-Konferenza KMB (aktar akkademika) tiġi stampata fi ktejjeb għaliha, kif ġieli sar jew f'xi rivista serja bħal Il-Malti jew Leħen il-Malti.
Kif fisser tajjeb Adrian, l-attivita' ta' Jum Dun Karm (il-Furjana) għandha tibqa' tifkira li tagħha jkun responsabbli l-Kumitat Festi Nazzjonali imma għandhom jagħtu l-għajnuna meħtieġa l-għaqdiet tal-Malti bil-preżenza tagħhom, cirkularijiet, stqarrijiet għall-istampa, kuntatti ma' l-għalliema tal-Malti u studenti...)
Joe |
||
|
|
||
|
L-Erbgħa, 14 ta' Settembru 2005
23:22
Għandi nifhem li mhux qed niddiskutu l-attivitajiet ta' din is-sena
ladarba daħal daqshekk iż-żmien. Dan, madankollu, huwa f'idejn il-Kumitat
Festi Nazzjonali. |
||
|
Fl-ewwel laqgħa ddiskutejna l-idea li testi ta' letteratura bil-Malti jiġu tradotti f'lingwi oħra meta awturi Maltin, li x-xogħol tagħhom ikun diġà ġie ppubblikat hawn Malta u ntlaqa' tajjeb, jirrappreżentaw lil pajjiżhom f'avvenimenti letterarji ewlenin. Din l-idea hija ispirata minn inizjattiva simili tal-Katalani.
Nissuġġerixxu li l-Kunsill tal-Malti joħloq fond għal dan il-għan li jkun jismu, Fond għat-Tixrid ta' Traduzzjonijiet ta' Letteratura Maltija. L-awturi jissottomettu l-proposta tagħhom billi jimlew formola apposta li tkun disponibbli fuq dan is-sit u aċċessibbli mis-sit elettroniku tal-Kunsill Nazzjonali ta' l-Ilsien Malti. Ma' l-applikazzjoni l-awturi jinkludu kopja tax-xogħol letterarju oriġinali u tat-traduzzjoni. L-awturi jistgħu jintgħażlu biex jiġu ppubblikati l-kitbiet tagħhom f'din is-sensiela mhux iktar minn darba kull sentejn.
Il-pubblikazzjonijiet kollha ffinanzjati minn dan il-Fond joħorġu b'disinn ġenerali wieħed li juri b'mod ċar li l-inizjattiva hija tal-Kunsill Nazzjonali ta' l-Ilsien Malti. Kull ktieb ikun fih 48 faċċata u qoxra li fuqha jinbidel l-isem ta' l-awtur jew l-awtriċi. Ix-xogħol jista' jkun għażla jew sensiela ta' poeżiji, novella jew novelli, silta minn rumanz, jew xogħol teatrali. Fil-pubblikazzjoni jkun hemm nota bijo-biblijografika ta' l-awtur jew l-awtriċi, nota ġenerali dwar is-Sensiela ta' Traduzzjonijiet u l-Kunsill Nazzjonali ta' l-Ilsien Malti, u nota dwar il-lingwa Maltija. L-awturi jistgħu jagħżlu li jinkludu xogħol wieħed,jew silta minn xogħol, fuq paġna waħda tal-ktejjeb.
Il-Kunsill jistampa tliet mitt kopja tal-ktieb li 30 minnhom jingħataw lill-awtur jew l-awtriċi biex iqassmuhom huma waqt l-avveniment letterarju internazzjonali li jkunu se jieħdu sehem fih. Il-bqija jitqassmu għall-bejgħ fil-ħwienet tal-kotba jew mill-uffiċċju tal-Kunsill stess u barra minn Malta.
Filwaqt li l-Kumitat Tekniku tal-Letteratura jfassal il-kriterji t'hawn fuq biex jintgħażlu l-awturi li għandhom jiġu tradotti u ppubblikati, il-Kunsill Nazzjonali ta' l-Ilsien Malti jaħtar Bord ta' l-Għażla għal tliet snin, magħmul minn tlieta min-nies li huma esperti tal-letteratura (u mhux kittieba ta' letteratura bil-Malti), fuq parir tal-Kumitat Tekniku tal-Letteratura, biex jagħżlu l-awturi.
Fil-każ ta' awturi li jirrappreżentaw lil Malta ta' sikwit f'avvenimenti letterarji internazzjonali ta' livell għoli, il-Bord ta' l-Għażla għandu jikkunsidra li jissuġġerixxi l-istampar ta' aktar minn 300 kopja tal-ktejjeb.
Minħabba li l-għażla tal-lingwa li fiha jinqaleb ix-xogħol Malti tkun f'idejn l-awturi, skond l-avveniment li jkunu se jieħdu sehem fih, il-Bord ta' l-Għażla tas-Sensiela ta' Traduzzjonijiet aktarx li jħoss il-bżonn li jitlob il-parir ta' espert jew esperti f'dik il-lingwa jew letteratura barranija.
Il-Formola ta' l-applikazzjoni għandha tasal għand il-Kunsill Nazzjonali ta' l-Ilsien Malti mhux aktar tard minn tliet xhur qabel il-bidu ta' l-avveniment li fih tkun se tieħu sehem il-persuna li tapplika.
It-28 ta' Ġunju 2005 l Reviżjoni fis-7 ta' Lulju 2005
|
||
|
Ittre mingħand Joseph P. Borg, Il-Ġimgħa, 24 ta' Ġunju 2005 10:42
Għeżież ħbieb, Kopja mehmuża ta’ l-ittre ta’ Dun Nikol Aquilina.
Għażiż Sur Borg,
Qed niktiblek bħala president tal-Għaqda Kulturali Siġġiewi. Tajjeb li tkun taf li ilna ħafna naħsbu biex inwaqqfu monument f'ġieħ Karmenu Vassallo u Patri Ġużè Delia SJ. Se nibdew b'Karmenu Vassallo. Il-Monument tiegħu hu pproġettat li jkun fil-bidu tas-Siġġiewi; post prominenti ħafna. Meta morna għand l-iskultur talabna xi ritratti tal-poeta..Sfortunatament ftit li xejn għandna ritratti tiegħu, speċjalment mil-lat tal-ġenb (profil).
Għaldaqstant qed nitolbok tistax tgħinna f'dan ir-rigward billi tindikalna jew (dejjem jekk għandek) tislifna xi ritratti tal-Poeta Vassallo. Nibqgħu nafuhulek.
Filwaqt li nittama li jkolli tweġiba ma ndumx, insellimlek f'ismi u f'isem il-membri ta' l-Għaqda Kulturali, Siġġiewi.
Dun Nikol Aquilina |
||
| L-24 ta' Ġunju 2005 | ||
|
|
||
|
Adrian, hawn huma:
olvin It-Tlieta, 28 ta' Ġunju 2005 |
||
| Intervista ma' Saturnina, it-tifla ta' Juan Mamo | ||
| Mark Vella kien qed jaħdem (lesta?) ġabra ta' novelli ta' Juan Mamo - naraw x'ġara minnu? | ||
| Olvin issuġġerixxa li nintervistaw lil Saturnina, it-tifla ta' Juan Mamo - rikording għal Campus FM | ||
| Inkellmu lil Josef Azzopardi li intervista lil Dolfu, it-tifel ta' Juan Mamo - għamel teżi fuqu | ||
| It-Tlieta, 28 ta' Ġunju 2005 | ||
| Relazzjonijiet ma' l-IBBY | ||
|
The International
Board on Books for Young People (IBBY) is a non-profit organization which
represents an international network of people from all over the world who
are committed to bringing books and children together.
http://www.ibby.org/ Mission
Malta mhix rappreżentata f'din l-organizzazzjoni internazzjonali. Għandna nieħdu inizjattiva, imqar billi nħajru t-twaqqif ta' Taqsima Nazzjonali Maltija, jew inħeġġu lil xi ħadd Malti biex jissieħeb? |
||
| L-1 ta' Lulju, 2005 | ||
| Il-Malti, Leħen il-Malti, Journal of Maltese Studies, u Journal of the Faculty of Arts fuq l-Internet | ||
|
L-artikli tar-rivista Melita Historica jinsabu kollha fuq l-internet. Huwa mudell mill-aqwa għalina li naħdmu fil-qasam ta' l-istudju tal-Malti: nissuġġerixxu li l-artikli kollha ta' Il-Malti u Leħen il-Malti jkunu fuq l-Internet. Naturalment dan irid isir bi qbil u bi sħab ma' l-Akkademja tal-Malti u l-Għaqda tal-Malti ta' l-Università. Alternattiva tajba tkun li dawn l-artikli jkunu fuq cd li tkun għall-bejgħ. Il-Kunsill Nazzjonali ta' l-Ilsien Malti għandu jikkunsidra li jagħmel investiment sostanzjali f'din l-inizjattiva għax tkun ta' fejda kbira għall-istudji tal-Malti.
Nissuġġerixxu li l-istess ħaġa ssir bil-Journal of Maltese Studies, bi sħab mad-Dipartiment tal-Malti ta' l-Università. Aktarx li l-artikli bl-Ingliż ikun teknikament iktar faċli biex nagħmlu verżjoni elettronika tagħhom. Adrian se jkellem lil Ray Fabri fuq din il-proposta waqt il-laqgħa tal-Kummissjoni Teknika tal-11 ta' Lulju, 2005.
Adrian Grima Id-29 ta' Ġunju 2005 |
||
| Ġnien il-Kittieba | ||
|
Nies, l-aħħar li ltqajna konna ftehimna li nikkuntattja lill-Kunsill Lokali tal-Belt. Issa, minn dakinhar 'l hawn dħalt il-belt xi darbtejn biex nara fejn l-aħjar li jsiru dawk il-lapidi (ma nafx x'se naqbad insejħilhom) li tkellimna dwarhom. Ħa nibda dwar x'naħseb fuq Triq ir-Repubblika. Triq ir-Repubblika miżgħuda tabelli, wires, arbli, gallariji, pavaljuni, fustuni u elf ħaġa oħra. Qiegħed naħseb li jekk nagħmlu dawn il-lapidi hemmhekk jispiċċaw biex jintilfu. Qatt xi ħadd iħares lejn dik il-lapida tal-Papa? Niddubita.
Allura rridu nsibu xi post li mhux daqstant ċentrali li jkun fih elf attrazzjoni oħra. Tali post ma sibtux. Dort fuq li dort. Alternattiva tista' tkun il-Barrakka ta' fuq, ma' l-arkati. Iżda dawn għoljin wisq u taqla' l-kozz t'għonqok biex taqra xi jkun hemm miktub. Jistgħu jitħawlu fl-irqajja' tal-ħamrija fi-Barrakka.
Alternattiva oħra hija Ġnien l-Indipendenza f'Tas-Sliema, kif jidhirli li ppropona Mark. Il-pros u l-cons. Cons: il-ġnien jismu Ġnien l-Indipendenza; ma nafx għaliex imma nħossu jistona. Forsi nistgħu nipproponu li l-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema jibdillu ismu? Hemm ukoll statement politiku li tagħmel dil-biċċa xogħol Tas-Sliema. Anki f'dan il-każ il-lapidi jistgħu jitħawlu fil-ħamrija, f'areas differenti mal-ġnien.
Forsi nistgħu nikkunsidraw ukoll il-Ġnien li hemm il-Furjana. Iċ-ċuċata ma nafx x'jismu imma huwa ġnien pjuttost sbejjaħ. Verament mhuwiex fil-qalba (imma fuq hekk nitkellem aktar tard). Dan il-ġnien li qiegħed nalludi għalih - forsi tifhmuni) huwa dak li hemm viċin l-isptar Boffa. Hawnhekk hawn il-kobor minbarra li l-post (għallinqas meta mort jien) miżmum u sabiħ. Jekk ikollna konċentrazzjoni ta' dawn il-lapidi l-Ġnien faċilment nistgħu ngħammduh bħala Ġnien il-Kittieba jew xiħaġa hekk insomma.
Issa, din l-idea ġietni dalgħodu.
Ejja ngħidu, għall-argument, li jintgħażel il-Ġnien tal-Furjana. Mela, ngħidu aħna li għandna lapida għal kull kittieb. Fuq il-lapida jkun hemm basso riljev tar-ritratt tal-kittieb, id-data tat-twelid u tal-mewt, kwotazzjoni qasira minn xi xogħol tiegħu jew tagħha. Imma, dejjem biex nolqtu 2 għasafar b'ġebla waħda, titħejja pubblikazzjoni żgħira ħafna -xejn ta' barra minn hawn - b'mappa ta' fejn hemm il-lapidi, U poezija ta' dak il-kittieb maqluba għall-Ingliż, biex dil-biċċa xogħol tiġi indirizzata wkoll lit-turisti u dal-ġnien, biż-żmien, jinbidel f'attrazzjoni kulturali turistika wkoll. Ma nafx iniex qed inkun ċar. Ovvjament dan jitlob ammont ta' xogħol (mhux kollu fuq spallejna):
Issa l-bicca hi li ma nistghux niltaqgħu imma forsi tistgħu titfgħu xi kummenti dwar dan? L-uniku biża' li għandi fi proġett bħal dan hu l-vandaliżmu, imma l-aħħar li mort f'dan il-ġnien kien tassew miżmum tajjeb.
Immanuel Mifsud It-Tnejn, 11 ta' Lulju 2005 23:44 *** Manuel, l-idea tal-ġnien tal-Furjana (jien nafu bħala Ġnien il-Kalkara) togħġobni ħafna. Jiġi viċin il-monument ta' Dun Karm. L-idea ta' "Ġnien il-Kittieba" togħġobni aktar mill-idea ta' pjazza jew triq, għax kif qed tgħid int, iktar tista' tagħti identità lill-post u lill-proġett. Proset u saħħiet!
It-Tlieta, 12 ta' Lulju 2005 09:28 |
||